Aqbeż għall-kontentut

Tobias Michael Carel Asser

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tobias Michael Carel Asser
President tal-Institut de Droit International

1898 -
President tal-Institut de Droit International

1897 -
Election: Sessjoni tal-Institut de Droit International f'Copenhagen tal-1897
Ministru tal-Istat

Ħajja
Twelid Amsterdam, 28 April 1838
Nazzjonalità Renju tan-Netherlands
L-ewwel lingwa Olandiż
Mewt L-Aja, 29 Lulju 1913
Post tad-dfin Oud Eik en Duinen (en) Translate
Familja
Missier Carel Daniël Asser
Omm Rosette Henry Godefroi
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Leiden
Università ta' Amsterdam
Lingwi Olandiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurist
imħallef
politiku
avukat
professur
diplomatiku
għalliem fl-università
Post tax-xogħol Amsterdam
Impjegaturi Athenaeum Illustre of Amsterdam (en) Translate  (9 Mejju 1862 -  15 Ottubru 1877)
Università ta' Amsterdam  (15 Ottubru 1877 -  18 Settembru 1893)
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[2010 Nobel Peace Prize (en) ]]
    (1011)
Sħubija Institut de Droit International (en) Translate
Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen
Royal Academy of Science, Letters and Fine Arts of Belgium (en) Translate

Tobias Michael Carel Asser (pronunzja bl-Olandiż: [ˈtoːbiɑs miˈʃɛl ˈkaːrəl ˈɑsər]; twieled fit-28 ta' April 1838 – miet fid-29 ta' Lulju 1913) kien avukat u ġurista Olandiż.

Fl-1911 rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi (flimkien ma' Alfred Fried) għall-ħidma tiegħu fil-qasam tad-dritt internazzjonali privat, u b'mod partikolari għall-kisbiet tiegħu għall-istabbiliment tal-Konferenza dwar id-Dritt Internazzjonali Privat f'Den Haag (HCCH).

Tobias Michael Carel Asser twieled fit-28 ta' April 1838 f'Amsterdam fin-Netherlands.[1] Huwa kien iben Carel Daniel Asser (1813-1885) u n-neputi ta' Carel Asser (1780-1836). Studja l-liġi fl-Università ta' Amsterdam u fl-Università ta' Leiden u kien professur tal-liġi fl-Università ta' Amsterdam.

Asser kien il-kofundatur tar-Revue de Droit International et de Législation Comparée flimkien ma' John Westlake u Gustave Rolin-Jaequemyns. Kien ukoll il-kofundatur tal-Institut de Droit International fl-1873.[2] Fl-1880 huwa sar membru tal-Akkademja Rjali tal-Arti u x-Xjenzi tan-Netherlands.[3]

Konferenza dwar id-Dritt Internazzjonali Privat f'Den Haag

[immodifika | immodifika s-sors]

Asser kien il-moħħ legali ewlieni fil-qasam tad-dritt internazzjonali privat u kien jemmen bis-sħiħ li oqfsa legali sodi li jirregolaw ir-relazzjonijiet privati transfruntiera jsarrfu fil-promozzjoni tal-paċi u tal-istabbiltà. Fl-1893, Asser beda jlaqqa' l-Ewwel Sessjoni Diplomatika tal-HCCH, l-organizzazzjoni globali ewlenija fil-qasam tad-dritt internazzjonali privat. L-Istati li ħadu sehem kienu l-Awstrija-Ungerija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Russja, Spanja u l-Iżvizzera. Asser ġie elett bħala l-President tas-Sessjoni, u sussegwentement reġa' ġie elett bħala President tat-Tieni sar-Raba' Sessjoni li saru fl-1894, fl-1900 u fl-1904 rispettivament. Taħt it-tmexxija tiegħu, l-HCCH fasslet għadd ta' trattati multilaterali, imsejħa l-Konvenzjonijiet ta' Den Haag, li wasslu għall-unifikazzjoni tar-regoli dwar id-dritt internazzjonali privat fl-oqsma taż-Żwieġ (1902), id-Divorzju (1902), il-Kustodja (1902), il-Proċedura Ċivili (1905), l-Effetti taż-Żwieġ (1905), u ċ-Ċaħda tad-Drittijiet Ċivili (1905).

Fl-1911, Asser ingħata l-Premju Nobel għall-Paċi. Fid-Diskors tiegħu fiċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premju tal-10 ta' Diċembru 1911, il-President tal-Kumitat tal-Premju Nobel Jørgen Gunnarsson Løvland enfasizza b'mod speċifiku l-ħidma ta' Asser fil-qasam tad-dritt internazzjonali privat, u l-kisbiet tiegħu fl-istabbiliment tal-HCCH, bħala raġunijiet li wasslu biex jingħata l-Premju Nobel għall-Paċi, u ddeskriva lil Asser bħala "suċċessur jew xprunatur tal-ħidma pijuniera tan-Netherlands fid-dritt internazzjonali fis-seklu sbatax", il-Hugo Grotius ta' żmienu.[4]

Konferenzi dwar il-Paċi f'Den Haag

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa kien delegat tan-Netherlands fiż-żewġ Konferenzi dwar il-Paċi f'Den Haag li saru fl-1899 u fl-1907.[2]

Qort Permanenti tal-Arbitraġġ

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1902, huwa kien membru tal-ewwel panel tal-arbitraġġ fi smigħ dwar kontroversja internazzjonali li tressqet minn żewġ stati taħt l-awspiċju tal-Qort Permanenti tal-Arbitraġġ, li ġiet stabbilita bħala riżultat tal-Konferenza dwar il-Paċi f'Den Haag li saret fl-1899 (il-Każ tal-Pious Fund of the Californias). Huwa kellu rwol ukoll fl-istabbiliment tal-entità li mbagħad saret magħrufa bħala l-Akkademja tad-Dritt Internazzjonali f'Den Haag, għalkemm l-istabbiliment tagħha seħħet wara mewtu fl-1923.[2]

Asser miet fid-29 ta' Lulju 1913 f'Den Haag.[2]

Istitut tar-riċerka fl-oqsma tad-Dritt Internazzjonali Privat u Pubbliku, l-Arbitraġġ Kummerċjali Internazzjonali u tad-Dritt Ewropew issemma għal Tobias Michael Carel Asser u huwa magħruf bħala t-T.M.C. Asser Instituut, ibbażat f'Den Haag, in-Netherlands.[5]

  1. ^ owner, No (2013-11-12). "bwn2". resources.huygens.knaw.nl . Miġbur 2022-04-28.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  2. ^ a b ċ d "In Memoriam: T. M. C. Asser". American Journal of International Law (bl-Ingliż). 8 (2): 343–344. 1914.
  3. ^ "Digitaal Wetenschapshistorisch Centrum" (bl-Olandiż). Miġbur 2022-04-28.
  4. ^ "The Nobel Peace Prize 1911". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-28.
  5. ^ "Tobias M.C. Asser". www.asser.nl (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-28.