Aqbeż għall-kontentut

Pelé

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Pelé

Pelé mal-Brażil fl-1970
Informazzjoni personali
Isem sħiħEdson Arantes do Nascimento
Twelid23 ta' Ottubru 1940(1940-10-23)
Três Corações, Brażil
Mewt29 ta' Diċembru 2020 (80 sena)
São Paulo, Brażil
Tul1.73 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1953–1956Bauru
Karriera professjonali
SninKlabb
1956–1974Santos
1975–1977New York Cosmos
Tim nazzjonali
1957–1971Brażil

Edson Arantes do Nascimento (twieled fit-23 ta' Ottubru 1940 – miet fid-29 ta' Diċembru 2022), magħruf bħala Pelé, kien plejer tal-futbol Brażiljan li kien jilgħab bħala attakkant. Ikkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa fl-istorja u rikonoxxut bħala "l-aqwa" mill-organizzazzjoni tal-FIFA,[1][2] hu kien fost l-aktar figuri sportivi ta' suċċess u ta' popolarità fis-seklu 20. Fl-1999 ġie mniżżel bħala l-Atleta tas-Seklu mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u inkluż fil-lista tal-mitt persuna importanti tas-seklu 20 mir-rivista Time. Ir-rekord tiegħu ta' 1,279 gowl f'1,363 logħba, inklużi logħbiet ta' ħbiberija, huwa rikonoxxut mill-Guinness World Record.[3]

Pelé għandu triq imsemmija għalih f'belt twelid ta' Três Corações, f'Minas Gerais. F'pjazza fil-belt hemm ukoll statwa prominenti tal-istess Pelé.

Pelé twieled bħala Edson Arantes do Nascimento fit-23 ta' Ottubru 1940 fi Três Corações, fl-istat ta' Minas Gerais, iben il-plejer tal-futbol ta' Fluminense Dondinho (imwieled João Ramos do Nascimento) u Celeste Arantes. Hu kien l-ikbar fost żewġt aħwa u kien imsemmi wara l-inventur Amerikan Thomas Edison.[4] Il-ġenituri ddeċidew li jneħħu l-"i" minn ismu u jgħajtulu "Edson", però ħafna dokumenti uffiċjali juruh imniżżel bħala "Edison" minflok "Edson" minħabba żball fiċ-ċertifikat tat-twelid.[5][6] Hu rċieva l-laqam "Pelé" fiż-żmien l-iskola minħabba kif kif ilissen isem il-plejer favorit tiegħu, Bilé, gowler ta' Vasco da Gama. Fl-awtobijografija tiegħu, Pelé jistqarr li ma kellu l-ebda idea x'ifisser l-isem u lanqas ħbiebu antiki.[7]

Pelé trabba fil-povertà f'Bauru, fl-istat ta' São Paulo. Hu kien idaħħal xi ħaġa tal-flus billi jaħdem fi ħwienet tat-te. Missieru kien li introduċieh għal-logħba, għalkemm ma kellux biex jixtri ballun proprju u għalhekk kien jispiċċa jilgħab b'kalzetta mimlija gazzetti.[8][7] Fit-tfulija tiegħu lagħab ma' diversi klabbs tad-dilettanti, fosthom Sete de Setembro, Canto do Rio, São Paulinho u Ameriquinha.[9] Pelé mexxa wkoll lit-tim ta' Bauru Athletic Club (taħt il-gwida ta' Waldemar de Brito) biex jirbaħ żewġ kampjonati taż-żgħar tal-istat ta' São Paulo.[10]

Fiż-żgħożija tiegħu kien involut ukoll ma' tim tal-futbol indoor imsejjaħ Radium, f'dixxiplina li kienet għadha fil-bidu tal-popolarità tagħha f'Bauru. Skont Pelé, l-esperjenza tiegħu fil-futbol indoor ippreżentat sfidi differenti kkumparata mal-futbol fuq il-ħaxix hekk kif il-plejers kellhom jaħsbuha aktar mal-ewwel minħabba li kulħadd hu qrib xulxin fil-grawnd. Pelé semma wkoll il-futsal bħala dixxiplina li għenitu jitjieb fil-logħba, fejn fost oħrajn ħallietu jilgħab kontra persuni adulti meta hu kien għadu biss erbatax-il sena. F'waħda mill-kompetizzjonijiet, għall-bidu kien meqjus bħala żgħir wisq biex jipparteċipa, però spiċċa l-aqwa skorer b'erbatax jew ħmistax-il gowl.[11]

Karriera mal-klabbs

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1956, de Brito ħa lil Pelé lejn Santos, belt industrijali qrib São Paulo, sabiex jipprova mal-klabb professjonali ta' Santos FC.[12] Pelé impressjona lill-kowċ ta' Santos Lula matul il-prova tiegħu u ffirma kuntratt professjonali mal-klabb f'Ġunju tal-1956.[13] Id-debutt mal-ewwel tim seħħ fis-7 ta' Settembru 1956 fl-età ta' ħmistax-il sena kontra Corinthians de Santo André u ħalla l-marka bl-ewwel gowl tiegħu f'rebħa ta' 7–1.[14][15]

Meta beda l-istaġun 1957, Pelé ingħata post mat-tim tal-kbar u ta' sittax-il sena sar l-aqwa skorer tal-kampjonat. Għaxar xhur wara li ffirma l-kuntratt professjonali, iż-żgħażugħ ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Brażiljan. Wara t-Tazza tad-Dinja tal-1958 u l-1962, diversi klabbs kbar Ewropej bħal Real Madrid, Juventus u Manchester United ipprovaw iġibu l-firma tiegħu mingħajr suċċess.[16] Fl-1958, il-klabb Taljan ta' Inter kien wasal sal-kuntratt, imma Angelo Moratti kellu jxolji l-kuntratt wara rikjesta tal-president ta' Santos minħabba rivolta mill-partitarji.[17] L-Ispanjoli ta' Valencia kienu waslu fi qbil li jġib lil Pelé wara t-Tazza tad-Dinja tal-1958, però l-prestazzjonijiet tiegħu matul l-istess turnew ħallew lil Santos l-ebda għażla milli li jirrifjutaw milli jħallu 'l-plejer jitlaq.[18][19] Fl-1961, il-gvern Brażiljan taħt it-tmexxija tal-President Jânio Quadros iddikjara li Pelé kien "teżor nazzjonali uffiċjali" sabiex ma jħalli l-ebda trasferiment barra l-pajjiż.[8][20]

Pelé ma' Santos fin-Netherlands f'Ottubru tal-1962

Pelé rebaħ l-ewwel titlu maġġuri ma' Santos fl-1958 bir-rebħ tal-Campeonato Paulista; hu kien l-aqwa skorer bi 58 gowl,[21] rekord li għadu jżomm sal-lum. Sena wara, hu għen lit-tim jirbaħ it-Torneio Rio–São Paulo għall-ewwel darba b'rebħa ta' 3–0 fuq Vasco da Gama.[22] Madanakollu, Santos naqsu milli jiddefendu t-titlu tal-Paulista. Fl-1960, Pelé skorja 33 gowl fit-triq lejn ir-rebħ mill-ġdid tal-Campeonato Paulista, però spiċċaw fit-tmien post tat-Torneio Rio–São Paulo.[23] Fl-istaġun 1961, Pelé skorja 47 gowl u għal darb'oħra Santos rebħu l-Paulista. Santos rebħu wkoll fl-istess sena t-Taça Brasil meta fil-finali għelbu lil Bahia; Pelé skorja l-aktar gowls fil-kompetizzjoni b'disa' gowls. Dan it-trijonf wasslet sabiex Santos jipparteċipaw fil-Copa Libertadores, l-iktar turnew għall-klabbs prestiġjuż fl-emisferu tal-Punent.[24]

L-istaġun l-iktar ta' suċċess għal Santos fil-Copa Libertadores kien fl-1962;[25] it-tim kien imtella' fl-ewwel grupp flimkien ma' Cerro Porteño u Deportivo Municipal Bolivia fejn rebħu l-logħbiet kollha minbarra dro ta' 1–1 kontra Cerro barra minn darhom. Fis-semifinali Santos għelbu lil Universidad Católica u affaċċjaw liċ-ċampjins attwali Peñarol fil-finali. Minħabba li wara żewġ legs spiċċaw fi skor aggregat ta' 4–4, fil-logħba ta' spareġġ li ntlagħbet tat-30 ta' Settembru, Pelé skorja darbtejn hekk kif Santos saru l-ewwel klabb Brażiljan li rebaħ dan it-titlu kontinentali.[26] F'dik l-istess sena, Santos iddefendew ukoll it-titlu tal-Campeonato Paulista (37 gowl għal Pelé) u t-Taça Brasil (Pelé skorja erba' gowls fil-finali kontra Botafogo). Santos rebħu wkoll it-Tazza Interkontinentali tal-1962 kontra Benfica, fejn bil-flokk numru għaxra, Pelé wettaq waħda mill-aqwa prestazzjonijiet tal-karriera tiegħu meta skorja tripletta f'Liżbona hekk kif Santos rebħu 5–2.[27][28]

Pelé qabel il-logħba kontra Boca Juniors fil-Copa Libertadores tal-1963.

Bħala d-detenturi tat-titlu, Santos ikkwalifikaw awtomatikament għas-semifinali tal-Copa Libertadores tal-1963. Pelé skorja erba' gowls fiż-żewġ legs kontra Botafogo, li kienu jinkludu lil ġganti Brażiljani bħal Garrincha u Jairzinho, inkluż il-gowl tad-dro fl-aħħar minuta tal-ewwel leg u tripletta fit-tieni leg fir-rebħa ta' 4–0 fl-Estadio do Maracanã. Fil-finali fuq żewġ legs kontra Boca Juniors, Santos rebħu ż-żewġ logħbiet 3–2 u 2–1 rispettivament, u Pelé skorja wieħed minnhom.[29] B'din ir-rebħa Santos saru l-ewwel (u l-uniku) tim Brażiljan li għolla l-Copa Libertadores ġewwa l-Arġentina. Santos tilfu l-Campeonato Paulista meta spiċċaw it-tielet imma rebħu t-Torneio Rio–São Paulo wara rebħa ta' 3–0 fuq Flamengo. Pelé għen ukoll fir-rebħ tat-Tazza Interkontinentali u tat-Taça Brasil kontra Milan u Bahia.[30]

Fil-Copa Libertadores tal-1964, Santos ġew megħluba fuq żewġ legs fis-semifinali minn Independiente. Il-klabb rebaħ il-Campeonato Paulista b'Pelé jiskorja 34 gowls. Santos qasmu wkoll it-titlu ta' Rio-São Paulo flimkien ma' Botafogo u rebħu t-Taça Brasil għar-raba' sena konsekuttiva. Fil-Libertadores tas-sena ta' wara, Santos reġgħu waslu fis-semifinali u ltaqgħu ma' Peñarol, l-istess klabb li kienu għelbu fil-finali tal-1962. Wara dro ta' 7–7 wara żewġ legs, fil-logħba ta' spareġġ Peñarol ħarġu rebbieħa 2–1.[31] Pelé, madanakollu, spiċċa l-aqwa skorer tal-kompetizzjoni bi tmien gowls.[32]

Fl-1966, Pelé u Santos reġgħu fallew milli jirbħu t-Taça Brasil hekk kif il-gowls tal-istess Pelé ma kienux biżżejjed meta sfaw telliefa b'riżultat ta' 9–4 kontra Cruzeiro. Il-klabb min-naħa l-oħra rebaħ tliet titli infila tal-Campeonato Paulista bejn l-1967 u l-1969. Nhar id-19 ta' Novembru 1969, Pelé skorja l-elf gowl tiegħu f'kull kompetizzjoni b'gowl minn penalty kontra Vasco da Gama, gowl li baqa' msemmi bħala O Milésimo (L-Elf).[33]

Wara dsatax-il staġun ma' Santos, Pelé irtira mil-logħba Brażiljana.[34] Is-643 gowl għal Santos kien l-iktar numru ta' gowls skorjati minn plejer f'isem klabb sakemm dan ir-rekord ġie maqbuż f'Diċembru tal-2020 minn Lionel Messi għal Barcelona.[35][36]

New York Cosmos

[immodifika | immodifika s-sors]
Pelé jidħol fil-grawnd għad-debutt man-New York Cosmos nhar il-15 ta' Ġunju 1975.

Wara l-istaġun tal-1974, Pelé ħalla 'l-futbol Brażiljan għalkemm xorta waħda kien jilgħab xi drabi f'xi logħbiet uffiċjali għal Santos. Sena wara hu ssieħeb ma' New York Cosmos.[34] Fil-konferenza stampa tal-preżentazzjoni, il-kelliem tal-klabb għall-istampa stqarr "Kellna ħafna stilel fl-Istati Uniti però l-ebda minnhom fil-livell ta' Pelé. Kulħadd ried imissu, joħodlu b'idejh, jieħu ritratt miegħu".[37] Minkejja li ma kienx għadu fl-aqwa tiegħu, il-wasla ta' Pelé ġabet interess qawwi fil-logħba tal-futbol fl-Istati Uniti.[38]

Pelé għamel id-debutt tiegħu mal-Cosmos fil-15 ta' Ġunju 1975 kontra Dallas Tornado fejn skorja gowl fi dro ta' 2–2.[39] Pelé fetaħ il-bieb għal numru ta' stilel oħra biex jilgħabu fl-Amerika ta' Fuq, fosthom Giorgio Chinaglia, Franz Beckenbauer u sieħbu ma' Santos Carlos Alberto. Fis-snin li segwew, plejers oħrajn ta' kalibru bdew jilgħabu fil-kampjonat inklużi Johan Cruyff, Eusébio, Bobby Moore, George Best u Gordon Banks.[38]

Fit-tielet u l-aħħar staġun ma' Cosmos hu wassal lill-klabb għas-Soccer Bowl tal-1977, il-finali li kienet tiddetermina r-rebbieħ tal-kampjonat. Din il-finali tat-28 ta' Awwissu 1977, mirbuħa minn Cosmos 2–1 fuq Seattle Sounders, kellha tkun l-aħħar logħba uffiċjali ta' Pelé. Fl-1 ta' Ottubru tal-istess sena, Pelé għalaq il-karriera tiegħu b'logħba ta' ħbiberija bejn Cosmos u Santos. Il-logħba ntlagħbet quddiem grawnd mimli tal-Giants Stadium. Għal din il-logħba, Pelé lagħab nofs ma' Cosmos u n-nofs l-ieħor ma' Santos. Il-logħba ntemmet f'rebħa ta' 2–1 għal Cosmos, b'Pelé jiskorja free-kick għal Cosmos f'dak li kellu jkun l-aħħar gowl tal-karriera.[40]

Karriera internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel logħba internazzjonali ta' Pelé mat-tim nazzjonali tal-Brażil kienet it-telfa ta' 2–1 kontra l-Arġentina nhar is-7 ta' Lulju 1957 fil-Maracanã.[41][42] F'dik il-logħba hu skorja l-ewwel gowl tiegħu għall-Brażil ta' sittax-il sena, l-iżgħar skorer għal pajjiżu.[43][44]

Tazza tad-Dinja 1958

[immodifika | immodifika s-sors]
It-tfajjel Pelé jibki fuq spallejn il-gowler Gilmar wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958.

Pelé wasal l-Iżvezja għat-Tazza tad-Dinja tal-1958 b'korriment f'irkuptejh.[45] L-ewwel logħba tiegħu kienet kontra l-Unjoni Sovjetika fit-tielet logħba tal-ewwel fażi, fejn assista t-tieni gowl ta' Vavá.[46] Din il-parteċipazzjoni għamiltu l-iżgħar plejer li qatt ħa sehem f'Tazza tad-Dinja sa dak iż-żmien. L-ewwel gowl tiegħu fit-Tazza tad-Dinja wasal fil-kwarti tal-finali kontra Wales li kien biżżejjed biex jassigura lill-Brażil bil-passaġġ għar-rawnd ta' wara. Dan il-gowl għamlu l-iżgħar skorer ta' kull żmien fil-kompetizzjoni meta wasal fl-età ta' sbatax-il sena u 239 jum.[42] Kontra Franza fis-semifinali, il-Brażil daħlu jistrieħu wara l-ewwel taqsima 2–1 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Pelé skorja tripletta biex sar l-iżgħar plejer li qatt skorja tliet gowls f'logħba waħda fl-istorja tal-kompetizzjoni.[47]

Fid-29 ta' Ġunju 1958, Pelé sar l-iżgħar plejer li qatt lagħab f'finali tat-Tazza tad-Dinja ta' sbatax-il sena u 249 jum. Hu skorja żewġ gowls għall-Brażil fit-trijonf finali kontra l-Iżvezja fi Stokkolma. L-ewwel gowl tiegħu, fejn qabbeż il-ballun fuq difensur u mbagħad tefgħu fir-rokna tax-xibka, kien magħżul fost l-aqwa gowls fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.[48] Hu temm it-turnew bħala l-aqwa skorer flimkien mal-Franċiż Just Fontaine, b'sitt gowls minn erba' logħbiet, u kien innominat bħala l-aqwa plejer żagħżugħ tat-turnew.

  1. ^ "FIFA: Pele, the greatest of them all" (bl-Ingliż). FIFA. 2012-06-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-01-09.
  2. ^ "FIFA: Football and the world mourns Pelé" (bl-Ingliż). FIFA. 2022-12-29.
  3. ^ "Most career goals (football)" (bl-Ingliż). Guinness World Records.
  4. ^ Pelé 2008, p. 14.
  5. ^ Narcía, Eva. "Un siglo, diez historias" (bl-Ispanjol). BBC World Service.
  6. ^ "From Edson to Pelé: my changing identity" (bl-Ingliż). Londra: The Guardian. 2006-05-12.
  7. ^ a b Pelé & Fish 1977, p. 18–19.
  8. ^ a b "Pelé" (bl-Ingliż). Biography.com.
  9. ^ Heizer 1997, p. 173.
  10. ^ Magill 1999, p. 2950.
  11. ^ "Pele Speaks of Benefits of Futebol de Salão" (bl-Ingliż). International Confederation of Futebol de Salão. 2006-05-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-01-12.
  12. ^ Massarela, Louis (2016-09-07). "Exclusive interview: Pele on his Santos years". FourFourTwo (bl-Ingliż).
  13. ^ Marcus 1976, p. 20.
  14. ^ "Pele helps Brazil to World Cup title" (bl-Ingliż). History.
  15. ^ Da Mata, Alessandro (2007-10-26). "Mesário da estréia de Pelé lembra atrapalhada" (bil-Portugiż). Sâo Paulo: LANCE!. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-14.
  16. ^ "Pelé, auguri a Ronaldo. E rivela: "Sono stato vicino alla Juve"" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2018-08-18.
  17. ^ Cecere, Nicola (2016-05-26). "Moratti: "Pelé era dell'Inter, ma il presidente del Santos cambiò idea..."". La Gazzetta dello Sport (bit-Taljan).
  18. ^ Chilet, Vicent (2019-12-23). "Cuando el Valencia pudo haber fichado a Pelé" (bl-Ispanjol). El Periódico.
  19. ^ "El Valencia llegó a tener un acuerdo para fichar a Pelé" (bl-Ispanjol). El Español. 2019-03-18.
  20. ^ Chelala, Cesar (2014). "Pele, Maradona and Messi: soccer's holy trinity" (bl-Ingliż). Japan Times.
  21. ^ "Campeonato Paulista: Artilheiros da história – 2" (bil-Portugiż). Brasil em Folhas. 2008-01-17.
  22. ^ Unzelte, Celso; Varanda, Pedro; Cammarota, Giuseppe; Barreto Berwanger, Alexandre Magno (2011). "Fichas Técnicas De Jogos Que Decidiram O Torneio Rio-Sâo Paulo" (bil-Portugiż). Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation.
  23. ^ Matta, Fernando; Varanda, Pedro; Barreto Berwanger, Alexandre Magno; Unzelte, Celso; Leme de Arruda, Marcelo (2009). "Torneio Rio-São Paulo 1960" (bil-Portugiż). Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-12-16.
  24. ^ "Santos revive spirit of Pele" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2003-02-16.
  25. ^ Dunmore 2015, p. 290.
  26. ^ Pierrend, José Luis; Beuker, John; Ciullini, Pablo; Gorgazzi, Osvaldo. "Copa Libertadores de América 1962" (bil-Portugiż). Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation.
  27. ^ "Extraordinary Pele crowns Santos in Lisbon" (bl-Ingliż). FIFA. 2012-10-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-11-14.
  28. ^ Vickery, Tim (2009-12-23). "Will South Africa 2010 produce a new Pele?" (bl-Ingliż). BBC Sport.
  29. ^ "1963: With an amazing Pele, Brazil's Santos wins their second Copa Libertadores Tournament" (bl-Ingliż). CONMEBOL. 2015-09-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-06.
  30. ^ "Intercontinental Cups 1962 and 1963" (bl-Ingliż). FIFA. 2015-01-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-06.
  31. ^ Bassorelli, Gerardo. "En los años sesenta, Peñarol y Santos protagonizaron inolvidables batallas por la Libertadores, generando una rivalidad que transformó a este duelo en el primer clásico que tuvo la Copa" (bl-Ingliż). LaRed21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-11-08. Miġbur 2023-01-06.
  32. ^ Andrés, Juan Pablo; Ballesteros, Frank; Di Maggio, Robert. "Copa Libertadores – Topscorers" (bl-Ingliż). RSSSF. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-10-31.
  33. ^ "Why Pele's 1000th goal still matters, 50 years on" (bl-Ingliż). Sportstar. 2019-11-19.
  34. ^ a b Apple, R. W. Jr. (1975-07-04). "Pele to Play Soccer Here for $7‐Million" (bl-Ingliż). The New York Times. p. A1.
  35. ^ "Lionel Messi passes Pele for most goals with one club (VIDEO)" (bl-Ingliż). Sports Illustrated. 2020-12-22.
  36. ^ "Lionel Messi breaks Pelé's record for goals at a single club" (bl-Ingliż). The Guardian. 2020-12-23.
  37. ^ Newsham, Gavin (2005-06-09). "When Pele and Cosmos were kings" (bl-Ingliż). The Guardian.
  38. ^ a b Lewis, Michael (2017-09-30). "How Pelé lit up soccer in America and left a legacy fit for a king" (bl-Ingliż). The Guardian.
  39. ^ Lewis, Michael (2015-06-02). "40 years on: how New York Cosmos lured Pelé to a football wasteland" (bl-Ingliż). The Guardian.
  40. ^ "'Love! Love! Love!' Cries Pele to 75,646 in Farewell" (bl-Ingliż). The New York Times. 1977-10-02.
  41. ^ "Seven the number for Pele" (bl-Ingliż). FIFA. 2007. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-12-18.
  42. ^ a b Williams, Bob (2008-10-28). "Top 10: Young sporting champions" (bl-Ingliż). The Daily Telegraph. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-01-10.
  43. ^ Lang, Jack (2017-07-07). "60 years ago today, Pele scored his first Brazil goal and began a career that would change football" (bl-Ingliż). The Independent. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-05-25.
  44. ^ Morrison, Neil; Gandini, Luca; Villante, Eric. "Oldest and Youngest Players and Goal-scorers in International Football" (bl-Ingliż). RSSSF.
  45. ^ "Simply the best ever" (bl-Ingliż). ABC News. 2002-04-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2003-01-02.
  46. ^ "Copa 1958" (bil-Portugiż). Terra Networks. 2006. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-11-08. Miġbur 2023-01-07.
  47. ^ Hawkes, Will (2010-05-26). "Flashback No 6. Sweden 1958: Pele's genius propels Brazil to first title" (bl-Ingliż). The Independent. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-05-25.
  48. ^ "FIFA World Cup Goal of the Century" (bl-Ingliż). FIFA. 2002-05-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-30.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Pelé – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat) Immodifika fuq Wikidata
  • Pelé fuq National-Football-Teams.com Immodifika fuq Wikidata