Ewropa t'Isfel
L-Ewropa t'Isfel huwa sottoreġjun tal-kontinent Ewropew. M'hemm l-ebda definizzjoni ċara u unika għal dan it-terminu, li tista' tvarja skont fatturi ġeografiċi, kulturali, lingwistiċi u storiċi. Ġeneralment, hu kkunsidrat li pajjiżi bħal Spanja, il-Portugall, l-Italja u l-Greċja, u wkoll il-pajjiżi kollha Mediterranji tal-kontinent Ewropew jagħmlu parti mill-Ewropa t'Isfel. In-Nofsinhar ta' Franza hi inkluża fil-parti l-kbira tat-tifsiriet ta' dan it-terminu.
Definizzjoni ġeografika
[immodifika | immodifika s-sors]Ġeografikament, l-Ewropa t'Isfel hi n-nofs l-iktar fin-Nofsinhar tal-kontinent. Madanakollu, din id-definizzjoni hi relattiva; fil-fatt, m'hemmx konfini ċari. Il-katina muntanjuża tal-Alpi tifforma konfini veri u proprji bejn l-Italja u l-kumplament tal-Ewropa, sabiex timmarka d-diviżjoni radikali bejn iż-żewġ "Ewropi": dik ċentrali u ta' fuq fit-Tramuntana u dik t'isfel u Mediterranja fin-Nofsinhar.
Definizzjoni ġeopolitika tal-Ġnus Magħquda
[immodifika | immodifika s-sors]Għall-pubblikazzjoni uffiċjali, il-Ġnus Magħquda tiġbor il-pajjiżi skont is-sottoreġjunijiet. Is-sottodiviżjoni tal-ONU tiġbor dawn l-istati u territorji:[1]
- Albanija
- Andorra
- Belt tal-Vatikan
- Bosnja-Ħerzegovina
- Ġibiltà
- Greċja
- Kroazja
- Italja
- Maċedonja ta' Fuq
- Malta
- Montenegro
- Portugall
- San Marino
- Serbja
- Slovenja
- Spanja
Definizzjoni klimatika
[immodifika | immodifika s-sors]Id-definizzjoni klimatika tal-Ewropa t'Isfel hi simili għal dawk taż-żoni bil-klima Mediterranja, ikkunsidrat il-karattru tipiku tal-pajjiżi tal-Ewropa t'Isfel. Din iż-żona tal-Ewropa tirrapreżenta wkoll l-oriġini tal-biċċa l-kbira tat-tradizzjonijiet kulinari tal-Ewropa t'Isfel (bħaż-żejt taż-żebbuġa u l-inbid). Iż-żona Mediterranja toffri wkoll pajsaġġi simili, bħal żoni bl-għoljiet, ftit żoni tal-pjanura, foresti tal-arżnu u taż-żebuuġa: iż-żoni li jaqsmu din il-morfoloġija huma ż-żewġ terzi tal-Portugall, il-parti t'isfel ta' Spanja, il-kosti tan-Nofsinhar ta' Franza bil-Korsika, il-kosta tal-Kroazja, il-Bożnija u Ħerżegovina, il-Montenegro, l-Albanija, il-Greċja, Ċipru u Malta.
L-Alpi jirrapreżentaw il-fonti prinċipali ta' ilma.
Definizzjoni lingwistika u kulturali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-pajjiżi tal-Ewropa Latina huma ħafna drabi assoċjati mal-kunċett tal-Ewropa t'Isfel, speċjalment l-Ewropa tal-Lbiċ. Il-Greċja u l-Balkani huma spiss assoċjati mat-terminu ta' Ewropa tax-Xlokk.
Lista ta' pajjiżi
[immodifika | immodifika s-sors]It-territorji segwenti huma rikonoxxuti komunament bħala dawk li jiffurmaw l-Ewropa t'Isfel:
- Peniżola Iberika
- Franza t'Isfel
- Reġjun ġeografiku Taljan
- Belt tal-Vatikan
- Italja, bil-gżejjer kollha tagħha
- Korsika (Franza)
- Malta
- Monako
- San Marino
- Peniżola Balkanika
- Albanija
- Bosnja-Ħerzegovina
- Bulgarija
- Greċja
- Kroazja
- Maċedonja ta' Fuq
- Montenegro
- Serbja
- Slovenja
- Turkija il-parti Ewropea komposta mir-Rumelja u t-Traċja
- Ċipru