Taħt Tliet Saltniet
Taħt Tliet Saltniet Huwa rumanz bil-Malti miktub minn Ġużè Aquilina, ppublikat għall-ewwel darba fl-1938, imbagħad fis-snin 1945, 1969, 1978, 1997 u 2003 konsegwentement.
Aquilina kiteb bl-ortografija iddisinjata mill-Akkademja tal-Malti (dak iż-żmien magħrufa bħala l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti) ukoll għażel li jikteb bis-sura Semitika milli bil-forma romanza biex jibni din il-karatteristika li l-lingwa Maltija hija Ewropeja.
F’taħlita storika u invenzjonijiet ta’ letteratura storika, għamel kundizzjonijiet u aspetti mill-ħajja umana biex jibnu lil min jaqra opinjonijiet favur il-ġrajja Maltija.
Il-Ġrajja
[immodifika | immodifika s-sors]Iż-żmien li fih seħħew l-istejjer tar-rumanz Taħt Tliet Saltniet huwa dak ta’ rivoluzzjoni. Fl-Amerika, faqgħet il-ġlieda għall-ħelsien mill-ktajjen tas-serviliżmu. Fi Franza, waħda mill-aktar revoluzzjonijiet imdemmija spiċċat u madwar l-Ewropa kollha, l-għajta għall-ġustizzja u ugwaljanza kienet qed tidwi minn saltna għall-oħra. F’Malta maħkuma mill-Kavallieri Ospitalieri ta’ San Ġwann ukoll.
Ir-rumanz t’Aquilina huwa miktub fuq din l-idea. Alessandru Habela, bin il-barunissa Isabella, sar iħobb lil Pawlina, xbejba ta’ 18-il sena, bint il-bidwi Pawlu ta' Menzju. Darba, Alessandru ra lil Pina, fqajra u moribonda. Mingħajr ma’ ħasibha darbtejn, huwa daħal għand ommu u kien se jibda’ jieħu kura tagħha, infatti mietet wara ftit jiem. Għall-ommu u nobbli oħrajn din kienet ħaġa skandaluża għall-aħħar. Wara dan l-episodju Isabella, keċċiet lill-binha Alessandru minn darha u neħħitlu it-titli kollha nobblijari. Alessandru għalhekk beda jgħix bħal iben ta’ gabillot, mill-għellejel tiegħu beda jitma lill-oħrajn.