Schokland
Schokland (pronunzja bl-Olandiż: [ˈsxɔklɑnt]) hija eks gżira f'Zuiderzee, fil-muniċipalità ta' Noordoostpolder, in-Netherlands. Schokland kienet torbiera tawwalija li baqgħetx gżira iktar meta n-Noordoostpolder irkupraha mill-baħar fl-1942. Attwalment hija sempliċement parti kemxejn olzata tal-polder, b'ħajt li għadu parzjalment sħiħ u li qabel kien tul ix-xatt ta' Middelbuurt. Fl-1 ta' April 2014, fi Schokland kienu jgħixu tmienja min-nies[1], iżda skont l-Uffiċċju għall-Istatistika tan-Netherlands hemm biss ħamsa min-nies li għadhom jgħixu fuq l-eks gżira.[2]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Schokland kienet żona b'insedjament attraenti fil-Medju Evu meta kienet ferm akbar, iżda sas-seklu 19 kienet kontinwament mhedda bl-għargħar minħabba ż-żieda fil-livell tal-baħar. Sa dak iż-żmien, l-abitanti ta' Schokland kienu marru jgħixu fl-iktar tliet partijiet għoljin: Emmeloord, Molenbuurt, u Middelbuurt. Għargħar kbir fl-1825 ġab miegħu qerda enormi, u fl-1859 il-gvern iddeċieda jtemm l-insedjament permanenti fi Schokland. L-eks muniċipalità ta' Schokland ingħaqdet ma' Kampen fuq l-art kontinentali.
Illum il-ġurnata Schokland hija sit arkeoloġiku popolari fejn hemm il-Mużew ta' Schokland. Schokland sar l-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fin-Netherlands.[3]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Schokland ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[3]
Trasport pubbliku
[immodifika | immodifika s-sors]L-iktar stazzjonijiet ferrovjarji fil-qrib jinsabu f'Kampen u f'Dronten.
Il-karozza tal-linja nru 682 topera minn Kampen u tgħaddi minn Schokland.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Bevolking per dorp - Gemeente Noordoostpolder". web.archive.org. 2014-04-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-04-19. Miġbur 2021-11-14.
- ^ "The island on dryland: The Dutch island of Schokland" (bl-Ingliż). 2001-02-04. Miġbur 2021-11-14.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Schokland and Surroundings". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-14.