Aqbeż għall-kontentut

Rafael Pereira da Silva (twieled fl-1990)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Rafael
Informazzjoni personali
Isem sħiħRafael Pereira da Silva
Twelid9 ta' Lulju 1990 (1990-07-09) (34 sena)
Petrópolis, Rio de Janeiro, Brażil
Tul1.72 m
RwolDifensur lemini
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliBotafogo
Numru7
Mixtliet
2005–2008Fluminense
Karriera professjonali
SninKlabb
2008–2015Manchester United
2015–2020Lyon
2020–2021İstanbul Başakşehir
2021–Botafogo
Tim nazzjonali
2012Brażil U-23
2012Brażil)

Rafael Pereira da Silva, magħruf aħjar bħala Rafael jew Rafael da Silva (twieled fid-9 ta' Lulju 1990) huwa plejer tal-futbol li attwalment jilgħab mat-tim ta' Botafogo. Normalment jilgħab bħala difensur lemini, imma kapaċi jilgħab ukoll fuq il-faxxa leminija ta' nofs il-grawnd. Ħuh tewmi Fábio jilgħab ukoll ma' Manchester United.

Il-karriera professjonali ta' Rafael bdiet ġewwa l-Brażil mat-tim ta' Fluminense, fejn kien jilgħab magħhom taħt livell ġovanili. Rafael u ħuh Fábio ġew skoperti minn Les Kershaw li kien qed jaħdem f'isem il-klabb Ingliż ta' Manchester United.

F'Jannar tal-2008 it-tewmin ittrasferixxew lejn Manchester, imma ma setgħux jilgħabu partiti sakemm ma jkollhomx tmintax-il sena f'Lulju tal-2008. Rafael għamel l-ewwel apparenza mal-klabb f'partita ta' ħbiberija kontra Peterborough United nhar l-4 ta' Awwissu. Għall-istaġun 2008–09, hu ngħata l-flokk numru 21 li kien milbus minn Dong Fangzhuo. Id-debutt uffiċjali bil-flokk aħmar wasal fil-ġurnata tal-ftuħ tal-kampjonat Ingliż 2008–09, fejn daħal bħala sostitut għal Fraizer Campbell kontra Newcastle United.

L-ewwel partita mal-ewwel ħdax kienet kontra Middlesbrough fit-Tielet Rawnd tal-League Cup. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh li jkun preferut mill-esperjenzati Gary Neville u Wes Brown. L-ewwel gowl tiegħu wasal fid-90 minuta fit-telfa li United sofrew kontra Arsenal bl-iskor ta' 2–1 nhar it-8 ta' Novembru 2008.

Grazzi għall-prestazzjonijiet eklatanti matul dan l-ewwel staġun, Rafael ingħata estensjoni tal-kuntratt ma' Manchester United għal sentejn oħra, li se jorbtu mal-klabb sal-2013.[1]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar is-26 ta' Lulju 2010, Rafael ġie msejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Brażiljan bħala l-ewwel skadwra magħżula mill-kowċ il-ġdid Mano Menezes għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Istati Uniti tal-10 ta' Awwissu.[2] Madanakollu, id-debutt tiegħu kellu jistenna sentejn wara hekk kif iddebutta fis-26 ta' Mejju 2012, bħala sostitut kontra d-Danimarka.

Hu kien fost l-iskwadra Brażiljana li ħadet sehem fl-Olimpadji 2012 li saru ġewwa Londra, fejn magħhom rebaħ il-midalja tal-fidda.

  1. ^ "Rafael extends Man Utd contract" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-04-27. Miġbur 2009-04-27.
  2. ^ "Brazil call up Rafael and Lucas for US friendly" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-07-26. Miġbur 2010-07-26.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]