Ping Yao
Ping Yao | |
---|---|
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Province of China | Shanxi |
Belt prefettura | Jinzhong |
Counties of China | Kontea ta' Ping Yao |
Isem uffiċjali | 古陶镇 |
Kodiċi postali |
031100 |
Ġeografija | |
Koordinati | 37°11′56″N 112°10′36″E / 37.1989°N 112.1767°EKoordinati: 37°11′56″N 112°10′36″E / 37.1989°N 112.1767°E |
Superfiċjenti | 242.54 hectare, 88.29 hectare |
Demografija | |
Popolazzjoni | 50,000 abitanti |
Informazzjoni oħra | |
Kodiċi tat-telefon |
354 |
Żona tal-Ħin | UTC+8 |
pingyao.gov.cn |
Ping Yao, spelluta wkoll Pingyao u magħrufa uffiċjalment bħala l-Belt Antika ta' Ping Yao,[1] hija belt iffortifikata bis-swar f'Shanxi ċentrali, iċ-Ċina, famuża minħabba l-importanza tagħha fl-istorja ekonomika Ċiniża u għall-ippjanar u għall-arkitettura urbana ppreservata sew ta' żmien id-dinastiji Ming u Qing. Amministrattivament, tinkludi wkoll ir-raħal ta' Gutao fil-Kontea ta' Ping Yao, Jinzhong. Skont id-data tas-seba' ċensiment Ċiniż, il-popolazzjoni residenti permanenti tal-kontea tammonta għal 450,697 ruħ. Meta mqabbla mal-502,712-il ruħ fis-sitt ċensiment nazzjonali fl-2010, il-popolazzjoni naqset bi 52,015-il ruħ f'għaxar snin, tnaqqis ta' 10.35 %, u r-rata tat-tkabbir annwali medju hi ta' -1.09 %.[2]
Il-belt ġiet stabbilit fis-seklu 14 W.K. u ilu s-sede tal-gvern lokali għal mill-inqas minn żmien id-dinastija Qing. Sas-seklu 16, il-belt kienet saret ċentru finanzjarju reġjonali; uħud iqisu li kienet iċ-ċentru finanzjarju tal-Imperu Qing fl-aħħar tas-seklu 19. Il-belt ġiet ikklassifikata bħala attrazzjoni turistika AAAAA, u l-insedjament u t-Tempji periferiċi ta' Zhenguo u ta' Shuanglin flimkien saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[3]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Diġà kien hemm insedjament f'Ping Yao matul ir-renju tar-Re Xuan (li rrenja għall-ħabta tat-827–782 Q.K.), meta d-dinastija Zhou ordnat il-kostruzzjoni ta' ħitan tat-tajn madwar is-sit.
Fil-perjodu tar-rebbiegħa u tal-ħarifa, il-kontra kienet taqa' taħt is-sjieda tar-renju ta' Jin. Kienet parti mir-renju ta' Zhao matul il-perjodu tal-Istati fil-Gwerra. Taħt id-dinastija Qing, kienet magħrufa bħala Pingtao. Matul żmien id-dinastija Han, kienet magħrufa bħala s-sede tal-Kontea ta' Zhongdu.
Ping Yao kienet iċ-ċentru finanzjarju tar-reġjun mis-seklu 16 u tal-Imperu Qing matul l-aħħar tas-seklu 19. Matul dawk iż-żminijiet, kien hemm iktar minn 20 istituzzjoni finanzjarja fi ħdan il-belt, jiġifieri iktar minn nofs it-total fil-pajjiż kollu. Rishengchang kienet l-ewwel u l-ikbar, u kienet tikkontrolla kważi nofs il-kummerċ tal-fidda taċ-Ċina fl-aħħar tad-dinastija Qing, qabel ma falliet fl-1914 wara r-Rivoluzzjoni ta' Xinhai.
Sar restawr organizzat b'mod perjodiku mis-seklu 15 'l hawn, l-iżjed reċentement fl-1979. Fl-1986, iċ-Ċina ddeżinjat lil Ping Yao bħala waħda mill-Bliet Storiċi u Kulturali taċ-Ċina. In 2004, part of the southern walls collapsed; they have since been reconstructed. In 2015, Pingyao ancient city became a national 5A-class tourist attraction.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Belt Antika ta' Ping Yao ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]
Ping Yao tinsab max-xatt tal-Lvant tax-xmara Fen qrib it-tarf tal-Lbiċ tal-Baċir ta' Taiyuan. Tinsab bejn wieħed u ieħor 100 kilometru (62 mil) fin-Nofsinhar ta' Taiyuan ċentrali u 715-il kilometru (444 mil) fil-Lbiċ ta' Beijing, il-belt kapitali taċ-Ċina. Il-Kontea ta' Pingyao tinsab biswit il-Kontea ta' Qi, u s-sede tagħha wkoll hija belt storika u kulturali protetta.
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Il-klima ta' Ping Yao hija miti. Hija kiesħa fix-xitwa, u spiss ikollha rjieħ mill-Majjistral bi ftit borra u ħafna ċpar. Fir-rebbiegħa, it-temperatura tvarja ferm bejn binhar u billejl, tinżel ftit xita u jkun hemm ftit riħ. Fis-sajf, il-klima sikwit tkun sħuna, umduża u bix-xita. Fil-ħarifa t-temperaturi jinżlu u jkun hemm ftit xita. B'hekk il-jiem ikunu friski u bnazzi b'ħafna xemx.
Data klimatika ta' Ping Yao, f'elevazzjoni ta' 780 metru (2,560 pied), temp. normali fl-1991–2020, temp. estremi fl-1981–2010 | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord °C (°F) | 13.6 (56.5) |
22.2 (72.0) |
29.3 (84.7) |
37.3 (99.1) |
38.0 (100.4) |
41.1 (106.0) |
39.6 (103.3) |
37.7 (99.9) |
37.5 (99.5) |
30.3 (86.5) |
24.3 (75.7) |
17.5 (63.5) |
41.1 (106.0) |
Medja massima kuljum °C (°F) | 2.8 (37.0) |
7.3 (45.1) |
14.0 (57.2) |
21.4 (70.5) |
26.9 (80.4) |
30.4 (86.7) |
31.0 (87.8) |
29.1 (84.4) |
24.5 (76.1) |
18.5 (65.3) |
10.7 (51.3) |
3.9 (39.0) |
18.4 (65.1) |
Medja kuljum °C (°F) | −4.4 (24.1) |
−0.5 (31.1) |
6.3 (43.3) |
13.5 (56.3) |
19.3 (66.7) |
23.2 (73.8) |
24.7 (76.5) |
22.8 (73.0) |
17.5 (63.5) |
11.0 (51.8) |
3.6 (38.5) |
−2.6 (27.3) |
11.2 (52.2) |
Medja minima kuljum °C (°F) | −9.9 (14.2) |
−6.4 (20.5) |
−0.3 (31.5) |
6.0 (42.8) |
11.5 (52.7) |
16.2 (61.2) |
19.2 (66.6) |
17.6 (63.7) |
12.0 (53.6) |
5.3 (41.5) |
−1.7 (28.9) |
−7.6 (18.3) |
5.2 (41.3) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | −22.4 (−8.3) |
−24.1 (−11.4) |
−13.2 (8.2) |
−8.5 (16.7) |
−1.9 (28.6) |
5.3 (41.5) |
11.3 (52.3) |
8.3 (46.9) |
−0.7 (30.7) |
−8.0 (17.6) |
−21.9 (−7.4) |
−22.1 (−7.8) |
−24.1 (−11.4) |
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) | 2.2 (0.09) |
4.3 (0.17) |
9.3 (0.37) |
26.1 (1.03) |
30.2 (1.19) |
42.4 (1.67) |
97.6 (3.84) |
90.9 (3.58) |
58.5 (2.30) |
32.4 (1.28) |
11.8 (0.46) |
2.4 (0.09) |
408.1 (16.07) |
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 0.1 mm) | 2.3 | 2.6 | 3.6 | 5.3 | 6.2 | 9.1 | 11.3 | 10.2 | 8.1 | 6.2 | 3.7 | 1.6 | 70.2 |
Medja għall-jiem bil-borra | 3.0 | 3.6 | 2.1 | 0.6 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0.1 | 1.9 | 2.7 | 14 |
Medja tal-umdità relattiva (%) | 52 | 49 | 46 | 47 | 47 | 55 | 68 | 73 | 72 | 67 | 60 | 53 | 57 |
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx | 149.2 | 166.8 | 201.9 | 226.0 | 248.3 | 224.9 | 213.0 | 199.7 | 177.3 | 180.4 | 161.3 | 150.5 | 2,299.3 |
Perċentwal għall-possibilità tax-xemx | 48 | 54 | 54 | 57 | 56 | 51 | 48 | 48 | 48 | 53 | 53 | 51 | 52 |
Sors: China Meteorological Administration[4] |
Arkitettura
[immodifika | immodifika s-sors]Ping Yao għad għandha l-konfigurazzjoni urbana ta' żmien id-dinastiji Ming u Qing, li tikkonforma ma' mudell tipiku ta' ba gua. Iktar minn 300 sit fil-belt jew fil-qrib fihom fdalijiet tal-qedem. Il-belt għandha iktar minn mitt triq u trejqa, bi kważi 4,000 ħanut u residenza tas-sekli 17–19. It-toroq u l-faċċati tal-ħwienet fil-biċċa l-kbira għad għandhom id-dehra storika tagħhom.
Is-swar tal-belt ta' Ping Yao nbnew fl-1370, it-tielet sena tal-Imperatur Hongwu tad-dinastija Ming. Fihom jinkorporaw erja ta' madwar 2.25 km2 (0.87 mil). Wieħed jaċċessa l-belt permezz ta' sitt daħliet tat-tip barbikan, waħda fuq kull naħa tas-swar tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, u tnejn fuq kull naħa tas-swar tal-Lvant u tal-Punent. Dan il-mudell huwa simili għal dak ta' fekruna tal-ilma (ras, denb u erba' saqajn), u b'hekk il-belt ta' Ping Yao hija mlaqqma l-"Belt tal-Fekruna tal-Ilma". Is-swar huma għoljin madwar 12-il metru (39 pied), b'perimetru ta' 6,163 metru (20,220 pied). Ħandaq wiesa' 4 metri u fond 4 metri (13-il pied) jinsab eżatt barra mis-swar. Maġenb l-erba' torrijiet strutturat fl-erba' rkejjen, hemm ukoll 72 torri tal-għassa u iktar minn 3,000 amberżun. L-għadd ta' fortifikazzjonijiet jingħad li jirrappreżenta l-għadd ta' dixxipli u studenti oħra ta' Konfuċju. Is-swar jitqiesu bħala fost l-iżjed swar tal-qedem ippreservati fuq din l-iskala.
Demografija
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-2009, Ping Yao għandha popolazzjoni ta' 48,531 ruħ li jgħixu f'16,634 unità domestika. 12,132 resident għandhom hukous (reġistrazzjoni) lokali u 36,399 resident kienu minn partijiet oħra taċ-Ċina.
Governanza
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Belt Antika ta' Ping Yao u l-inħawi tal-madwar huma organizzati bħala r-raħal ta' "Gutao", is-sede tal-Kontea ta' Ping Yao. Gutao tissorvelja direttament 10 villaġġi amministrattivi:[5]
Villaġġi | ||||
---|---|---|---|---|
Isem | Ċiniż Simplifikat | Ċiniż Tradizzjonali | Pinjin | Tifsira |
Dongcheng | 东城村 | 東城村 | Dōngchéngcūn | Villaġġ tal-Lvant tal-Belt |
Xicheng | 西城村 | 西城村 | Xīchéngcūn | Villaġġ tal-Punent tal-Belt |
Nancheng | 南城村 | 南城村 | Nánchéngcūn | Villaġġ tan-Nofsinhar tal-Belt |
Beicheng | 北城村 | 北城村 | Běichéngcūn | Villaġġ tat-Tramuntana tal-Belt |
Gankeng | 干坑村 | 干坑村 | Gānkēngcūn | |
Shijiujie | 十九街村 | 十九街村 | Shíjiǔjiē Cūn | Villaġġ ta' 19-il Triq |
Chengnanbao | 城南堡村 | 城南堡村 | Chéngnánbǎo Cūn | Villaġġ tan-Nofsinhar tas-Swar |
Xinnanbao | 新南堡村 | 新南堡村 | Xīnnánbǎo Cūn | Villaġġ Ġdid tan-Nofsinhar tas-Swar |
Xinzhuang | 新庄村 | 新莊村 | Xīnzhuāngcūn | |
Yanbi | 闫壁村 | 閆壁村 | Yánbìcūn |
Ekonomija
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-2009, il-belt kellha forza tax-xogħol ta' 19,059 ruħ. 3,811-il bidwi jaħdmu 9,977 mu (613-il ettaru jew 1,510 akri) ta' raba', u jipproduċu 33.7 miljun RMB ta' għelejjel, bhejjem u merkanzija oħra. L-enfasi lokali hija fuq iż-żieda tal-mekkanizzazzjoni u l-biedja intensiva fl-art disponibbli. L-inħawi tal-belt huma magħrufa sew għal-laħam taċ-ċanga,[6] kif ukoll għall-qmuħ u għall-qoton. Il-bqija tal-forza tax-xogħol hija maqsuma bejn l-industrija u s-settur tas-servizzi, b'mod partikolari t-turiżmu. L-industrija tipproduċi 840 miljun RMB u hija ffukata fuq it-titjib tal-effiċjenza enerġetika tal-prattiki tagħha. Speċjalità lokali huma l-oġġetti tal-laker. Is-settur tas-servizzi, inkluż it-turiżmu, jipproduċi inqas introjtu mill-industrija — 790 miljun RMB — iżda qed jikber malajr u ġie mmarkat għal enfasi speċjali mill-gvern lokali.
Turiżmu
[immodifika | immodifika s-sors]Iż-żieda fit-turiżmu għamlet pressjoni fuq Ping Yao. Matul il-Ġimgħa tad-Deheb taċ-Ċina, l-għadd ta' viżitaturi tal-belt kultant kien ogħla minn darbtejn u nofs il-kapaċità massima ppjanata. Matul il-ġimgħa partikolari madwar il-Btala ta' Mejju fl-2007, il-belt iġġenerat madwar 94.5 miljun RMB mit-turisti li żaruha.
Minn dak l-eqqel punt fl-2007, il-gvern naqqas l-għadd u t-tul tal-"ġimgħat tad-deheb" taċ-Ċina, biex b'hekk it-turiżmu jinfirex b'mod iktar ibbilanċjat matul is-sena kollha. Il-Fond tal-Wirt Globali ħadem ukoll mal-Gvern tal-Poplu tal-Kontea ta' Ping Yao biex il-belt tiġi protetta mill-iżvilupp eċċessiv u mill-ħsara kkawżata mill-volum għoli ta' viżitaturi. L-għan iddikjarat tal-Programm tal-Iżvilupp tal-Wirt Kulturali ta' Ping Yao tagħhom huwa l-preservazzjoni mtejba tal-arkitettura vernakolari lokali u tal-arti tradizzjonali permezz ta' titjib fl-ippjanar u iżjed sforzi ta' konservazzjoni.
Kultura
[immodifika | immodifika s-sors]L-ispeċjalitajiet lokali jinkludu l-laħam taċ-ċanga ta' Ping Yao (biċ-Ċiniż: 平遥牛肉, bil-Pinjin: Píngyáo niúròu) u l-wantuo (biċ-Ċiniż: 平遥碗托, bil-Pinjin: Píngyáo wǎntuō), l-ikla favorita tal-Imperatriċi Armla Cixi. Prodotti lokali oħra huma l-inbid tar-ross Changshengyuan (biċ-Ċiniż: 长升源黄酒), id-dqiq tal-fażola minjian (biċ-Ċiniż: 豆面抿尖), u l-Jiupian (biċ-Ċiniż: 揪片).
Il-merkanti tal-fidda ta' Ping Yao fil-bidu tas-seklu 20 kienu s-suġġett tal-film tal-2009 Empire of Silver (Imperu tal-Fidda).
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "All-Scenic spots -The official website of Shanxi Tourism Bureau". web.archive.org. 2017-07-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-07-18. Miġbur 2024-08-26.
- ^ 平遥人都在看. "平遥县第七次全国人口普查公报". 微信公众平台. Miġbur 2024-08-26.
- ^ a b ċ "Ping Yao Ancient City". whc.unesco.org. Miġbur 2024-08-26.
- ^ . China Meteorological Administration http://data.cma.cn/data/weatherBk.html. Parametru mhux magħruf
|publisher=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|language=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|script-title=
injorat (għajnuna);|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ "走进平遥". web.archive.org. 2009. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-17. Miġbur 2024-08-27.
- ^ "All-Scenic spots -The official website of Shanxi Tourism Bureau". web.archive.org. 2017-07-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-07-18. Miġbur 2024-08-27.