Aqbeż għall-kontentut

Mary Shelley

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mary Shelley
Ħajja
Isem propju Mary Wollstonecraft Godwin
Twelid Somers Town (en) Translate, 30 Awwissu 1797
Nazzjonalità Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda
Gran Brittanja
Renju Unit
Residenza Londra
L-ewwel lingwa Ingliż
Mewt Chester Square (en) Translateu Bournemouth (en) Translate, 1 Frar 1851
Post tad-dfin Knisja ta' San Pietru, Bournemouth
Kawża tal-mewt  (tumur tal-moħħ)
Familja
Missier William Godwin
Omm Mary Wollstonecraft
Konjuga/i Percy Bysshe Shelley (mul) Translate  (30 Diċembru 1816 -  8 Lulju 1822)
Ulied
Aħwa
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb tal-vjaġġi
rumanzier
saġġist
drammaturgu
bijografu
kittieb
kittieb tal-fantaxjenza
poeta
novellist
Xogħlijiet importanti The Last Man (en) Translate
Frankenstein; or, The Modern Prometheus (en) Translate
Premjijiet
Moviment Romantiċiżmu Brittaniku
Moviment artistiku ktieb tal-ivvjaġġar
letteratura Gotika
rumanz Gotiku
fantasija

Mary Wollstonecraft Shelley (UK IPA: /ˈwʊlstənkrɑːft/; née Godwin; 30 ta’ Awwissu 1797 – 1 ta’ Frar 1851) kienet rumanziera Ingliża li kitbet ir-rumanz gotiku Frankenstein; or, The Modern Prometheus (1818), ikkunsidrat bħala wieħed mill-ewwel xogħlijiet ta’ fantaxjenza, u wieħed mill-aktar xogħlijiet magħrufin tagħha[1]. Hija editjat u ppromwoviet ukoll ix-xogħol tar-raġel tagħha, il-poeta Romantiku u l-filosofu Percy Bysshe Shelley. Missierha kien il-filosofu politiku William Godwin, u ommha l-filosofu u d-difensur tad-drittijiet tan-nisa Mary Wollstonecraft.

Mary Shelley għexet ħajja letterarja. Missierha ħeġġiġha tikteb l-ittri biex titgħallem is-sengħa tal-kitba. Il-passatemp favorit tagħha fi tfulitha kien li tikteb l-istejjer. Fl-1814 Mary Shelley ħarbet ma’ Percy u tilfet ix-xogħlijiet li kienet kitbet f’żgħożitha. Madankollu, ħadd mhu ċert jekk il-manuskritti li eventwalment instabu, kinux inkitbu qabel din is-sena. Huwa maħsub li l-ewwel xogħol li ppubblikat Shelley huwa Mounseer Nongtongpaw, li kitbet meta kellha għaxar snin. Dan ix-xogħol ta’ versi komiċi kitbitu għall-Juvenile Library. Madankollu, din il-poeżija xi drabi hija attribwita lil kittieb ieħor. Mary Shelley tirrakkonta: “Żewġi, sa mill-bidu kien iħeġġiġni biex nuri li jien denja tal-isem tal-ġenituri tiegħi u biex nikseb reputazzjoni letterarja.”

  1. ^ Aldiss, Brian W. (1973). Billion year spree : the true history of science fiction. Garden City, N.Y.