Korfù
Korfù | |
---|---|
Greċja | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Greċja |
Administrative territorial entity | Decentralized Administration of Peloponnese, Western Greece and the Ionian Islands (en) |
Administrative region of Greece | Reġjun tal-Gżejjer tal-Jonju |
Prefecture of Greece | Prefettura ta' Korfù |
Ismijiet oriġinali | Κέρκυρα |
Kodiċi postali |
490 82, 490 83, 490 84, 491 00 |
Ġeografija | |
Koordinati | 39°36′N 19°52′E / 39.6°N 19.87°EKoordinati: 39°36′N 19°52′E / 39.6°N 19.87°E |
Superfiċjenti | 626 kilometru kwadru |
Demografija | |
Popolazzjoni | 100,854 abitanti (2011) |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin | UTC+2u UTC+3 |
bliet ġemellati | Verona, Latakia (en) , La Baule-Escoublac (en) , Gold Coast (en) , Meissen (en) , Troisdorf (en) , Bariu Brindisi (en) |
kerkyra.gr |
Korfù (miktuba wkoll Korfu; magħrufa wkoll bħala Kerkira, /korˈʧira/; bil-Grieg: Κέρκυρα o Κόρκυρα, Kérkyra; bil-Latin: Corcyra; bl-Ingliż: Corfu) hija gżira Griega, fil-Baħar Jonju, quddiem ix-xtajta t'Epiru, fil-konfini ta' bejn il-Greċja u l-Albanija.[1][2] Hija maqtugħa mill-Greċja kontinentali permezz ta' fliegu li jvarja fil-wisa' minn 3 sa 25 kilometru u tinkludi l-gżejriet kollha fil-qrib sew tagħha. Il-gżira hija parti mill-unità reġjonali ta' Korfù, u hija amministrata minn tliet muniċipalitajiet mal-gżejjer ta' Othonoi, Ereikoussa, u Mathraki.[3] F'Korfù hemm ukoll l-Università tal-Jonju. Il-gżira għandha erja ta' 613.6 kilometru kwadru, jiġifieri kważi d-doppju tal-erja ta' Malta. Il-belt ewlenija għandha l-istess isem tal-gżira, jiġifieri Korfù u n-nies tal-post isejħulha Kerkira.
Il-gżira għandha rabta sfiqa mal-istorja tal-Greċja mill-bidu tal-mitoloġija Griega, b'bosta battalji u konkwisti. Il-belt antika ta' Korkyra ħadet sehem fil-Battalja ta' Sibota li kienet katalista għall-Gwerra Peloponniża, u skont Thucydides, kienet l-ikbar battalja navali bejn il-bliet-stati Griegi sa dak iż-żmien. Thucydides jirrapporta wkoll li Korkyra kienet waħda minn tliet qawwiet kbar tal-Greċja tas-seklu 5 Q.K., flimkien ma' Ateni u Korinzju.[4] Il-fdalijiet ta' tempji Griegi antiki u siti arkeoloġiċi oħra tal-belt antika ta' Korkyra nstabu f'Palaiopolis. Il-kastelli Medjevali fil-pożizzjonijiet strateġiċi madwar il-gżira huma legat tat-taqbid fil-Medju Evu minħabba l-invażjonijiet tal-pirati u tal-Ottomani. Tnejn minn dawn il-kastelli jiddefendu l-belt kapitali tal-gżira, li hija l-unika belt fil-Greċja b'difiża bħal dik. B'hekk, il-belt kapitali ta' Korfù ġiet uffiċjalment iddikjarata bħala Kastropolis ("belt tal-kastelli") mill-gvern Grieg.[5] Minn żmien il-Medju Evu u sas-seklu 17, il-gżira rnexxielha terreżisti lill-Ottomani matul diversi assedji, ġiet rikonoxxuta bħala post strateġiku tal-Istati Ewropej kontra l-Imperu Ottoman u saret wieħed mill-iżjed postijiet iffortifikati fl-Ewropa.[6] Il-fortifikazzjonijiet tal-gżira ntużaw mill-Venezjani bħala difiża kontra l-wasla tal-Ottomani fil-Baħar Adrijatiku. Eventwalment Korfu spiċċat taħt idejn il-Brittaniċi wara l-Gwerer Napoljoniċi, u mbagħad ġiet ċeduta lill-Greċja mill-gvern Brittaniku flimkien mal-kumplament tal-gżejjer tal-Istati Uniti tal-Gżejjer tal-Jonju. L-unifikazzjoni mal-Greċja moderna ntemmet fl-1864 taħt it-Trattat ta' Londra. F'Korfu oriġinat l-Akkademja tal-Jonju, l-ewwel università tal-istat tal-Greċja moderna, u ġie stabbilit in-Nobile Teatro di San Giacomo di Corfù, l-ewwel teatru Grieg u teatru tal-opri tal-Greċja moderna. L-ewwel gvernatur tal-Greċja indipendenti wara r-rivoluzzjoni tal-1821, il-fundatur tal-istat tal-Greċja moderna, u diplomatiku Ewropew ewlieni Ioannis Kapodistrias twieled f'Korfu.
Fl-2007, iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Korfù tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, fuq rakkomandazzjoni tal-ICOMOS.[7][8][9] Is-samit tal-1994 tal-Unjoni Ewropea sar f'Korfu.[10] Il-gżira hija destinazzjoni turistika popolari.[11][12]
Isem
[immodifika | immodifika s-sors]L-isem bil-Grieg, Kerkyra jew Korkyra, huwa marbut ma' żewġ divinitajiet setgħana tal-ilma: Posejdone, l-alla tal-baħar, u Asopos, xmara Griega importanti tal-Greċja kontinentali.[13] Skont il-mitoloġija, Posejdone sar iħobb lin-ninfea sabiħa Korkyra, bint Asopos u n-ninfea tax-xmara Metope, u ħatafha. Posejdone ħa lil Korkyra fuq il-gżira ta' Korfu li dak iż-żmien kien għad ma għandhiex isem, u semmiha għaliha: Korkyra, li gradwalment evolviet għal Kerkyra (Doriku).[5] Kellhom wild imsejjaħ Phaiax, u l-abitanti tal-gżira ssemmew għalih Phaiakes, bil-Latin Phaeaciani. Fil-fatt Korfu ġiet imlaqqma bħala l-gżira tal-Phaeaciani.
L-isem ta' Korfù, verżjoni bit-Taljan tal-Biżantin Κορυφώ (Koryphō), li tfisser "il-belt tal-qċaċet", oriġina mill-Grieg Biżantin Κορυφαί (Koryphai), li tfisser qċaċet), b'referenza għaż-żewġ qċaċet ta' Palaio Frourio.[5]
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]It-tarf tal-Grigal ta' Korfù tinsab ftit lil hinn mill-kosta ta' Sarandë, l-Albanija, isseparata minn stretti ta' bejn 3 u 23 km (2-14-il mil). In-naħa tax-Xlokk tal-gżira tinsab lil hinn mill-kosta ta' Thesprotia, il-Greċja. L-għamla tal-gżira hija simili għal minġell (drepanē, δρεπάνι), u ġiet deskritt b'dan il-mod fil-qedem: in-naħa konkava, bil-belt u l-port ta' Korfù fin-nofs, tinsab lejn in-naħa tal-kosta Albaniża. L-erja tal-gżira hija madwar 592.9 kilometru kwadru, b'tul ta' 64 kilometru (40 mil), u bl-ikbar wisa' ta' madwar 32 kilometru (20 mil).[14]
Żewġ ktajjen muntanjużi għoljin u ddefiniti sew jaqsmu l-gżira fi tliet distretti; dak tat-Tramuntana huwa muntanjuż, dak ċentrali huwa mmewweġ[15], u dak tan-Nofsinhar huwa baxx. L-iżjed importanti miż-żewġ ktajjen muntanjużi, Pantokrator (Παντοκράτωρ – is-Setgħan) testendi mil-Lvant għall-Punent mill-Kap ta' Falacro sal-Kap ta' Psaromita, u l-ikbar elevazzjoni tagħha hija l-quċċata bl-istess isem.
It-tieni katina muntanjuża tilħaq il-qofol tagħha fil-muntanja ta' Santi Jeca, jew Santa Decca, kif tissejjaħ minħabba interpretazzjoni ħażina tad-deżinjazzjoni Griega Άγιοι Δέκα (Hagioi Deka), jiġifieri l-Għaxar Qaddisin. Il-gżira kollha, magħmula minn diversi formazzjonijiet tal-ġebla tal-ġir, fiha diversità kbira ta' wċuħ ġeoloġiċi. Il-bajjiet jinsabu f'Agios Gordis, il-Laguna ta' Korission, Agios Georgios, Marathia, Kassiopi, Sidari, Palaiokastritsa u bosta oħrajn. Korfù tinsab qrib il-formazzjoni ġeoloġika tal-qasma ta' Kefalonia; fil-fatt seħħew għadd ta' terremoti.[15]
Il-kosta ta' Korfù testendi għal 217-il kilometru (135 mil) u tinkludi l-kapi; l-ogħla punt hija l-muntanja Pantokrator (911-il metru (2,989 pied)); u t-tieni l-ogħla punt hija l-muntanja Stravoskiadi (849 metru (2,785 pied)). Fost il-kapi u l-promontorji hemm Agia Aikaterini, Drastis lejn it-Tramuntana, Lefkimmi u Asprokavos lejn ix-Xlokk, u Megachoro lejn in-Nofsinhar. Hemm ukoll żewġ gżejjer lejn il-punt ċentrali ta' Gouvia u l-Bajja ta' Korfù, li testendi tul il-biċċa l-kbira tax-xatt tal-Lvant tal-gżira; dawn huma magħrufa bħala l-Gżira ta' Lazzarett u Ptychia (jew Vido).
Gżejjer ta' Dijapontija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Gżejjer ta' Dijapontija (bil-Grieg: Διαπόντια νησιά) jinsabu fil-Majjistral ta' Korfù, xi sitt kilometri 'l bogħod u madwar 40 kilometru mill-kosta tal-Italja. Il-gżejjer prinċipali huma Othonoi, Ereikoussa u Mathraki.
Gżira ta' Lazzarett
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Gżira ta' Lazzarett, li qabel kienet magħrufa bħala l-gżira ta' San Dimitri, tinsab 1.1 kilometru mill-kosta tax-Xlokk ta' Korfù; il-gżira għandha erja ta' 7.1 ettari u taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-Organizzazzjoni Turistika Nazzjonali Griega. Matul it-tmexxija Venezjana fil-bidu tas-seklu 16, inbena monasteru fuq il-gżejra kif ukoll leprosarju jew lazzarett li ġie stabbilit iktar 'il quddiem, u li wassal għall-isem attwali. Fl-1798, matul l-okkupazzjoni Franċiża, il-gżejra ġiet okkupata mill-flotta Russa-Torka, li użawha bħala sptar militari. Matul il-perjodu tat-tmexxija Brittanika, fl-1814, il-lazzarett reġa' nfetaħ wara li sarulu xi rinnovazzjonijiet, u wara Enosis fl-1864 il-lazzarett reġa' beda jintuża okkażjonalment. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Okkupazzjoni tal-Assi tal-Greċja stabbiliet kamp ta' konċentrament Nażista fuq il-gżejra għall-priġunieri tal-Moviment tar-Reżistenza Grieg, u llum il-ġurnata għad fadal il-binja ta' żewġ sulari li kienet tintuża bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-armata Taljana, knisja żgħira, u l-ħajt li miegħu kienu jinqatlu b'tir dawk li kienu jiġu kkundannati għall-mewt.[16]
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Korfu għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan (Csa fil-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen).
Data klimatika ta' Korfu | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord °C (°F) | 20.5
(68.9) |
22.4
(72.3) |
26.0
(78.8) |
28.0
(82.4) |
33.8
(92.8) |
38.0
(100.4) |
43.0
(109.4) |
40.0
(104.0) |
37.4
(99.3) |
31.0
(87.8) |
25.0
(77.0) |
22.0
(71.6) |
43.0
(109.4) |
Temp. għolja medja °C (°F) | 13.9
(57.0) |
14.2
(57.6) |
16.0
(60.8) |
19.0
(66.2) |
23.8
(74.8) |
28.0
(82.4) |
30.9
(87.6) |
31.3
(88.3) |
27.6
(81.7) |
23.2
(73.8) |
18.7
(65.7) |
15.3
(59.5) |
21.8
(71.2) |
Temp. medja ta' kuljum °C (°F) | 9.7
(49.5) |
10.3
(50.5) |
12.0
(53.6) |
14.9
(58.8) |
19.6
(67.3) |
23.9
(75.0) |
26.4
(79.5) |
26.3
(79.3) |
22.7
(72.9) |
18.4
(65.1) |
14.3
(57.7) |
11.1
(52.0) |
17.5
(63.5) |
Temp. baxxa medja °C (°F) | 5.1
(41.2) |
5.7
(42.3) |
6.8
(44.2) |
9.2
(48.6) |
12.9
(55.2) |
16.4
(61.5) |
18.4
(65.1) |
18.8
(65.8) |
16.5
(61.7) |
13.4
(56.1) |
9.9
(49.8) |
6.8
(44.2) |
11.7
(53.1) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | −4.5
(23.9) |
−4.2
(24.4) |
−4.4
(24.1) |
0.0
(32.0) |
4.6
(40.3) |
8.7
(47.7) |
10.0
(50.0) |
11.3
(52.3) |
7.2
(45.0) |
2.8
(37.0) |
−2.2
(28.0) |
−2.0
(28.4) |
−4.5
(23.9) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 136.6
(5.38) |
124.6
(4.91) |
98.1
(3.86) |
66.7
(2.63) |
37.0
(1.46) |
14.1
(0.56) |
9.2
(0.36) |
19.0
(0.75) |
81.3
(3.20) |
137.7
(5.42) |
187.4
(7.38) |
185.6
(7.31) |
1,097.3
(43.20) |
Medja ta' jiem bix-xita | 16.1 | 14.6 | 14.5 | 12.9 | 8.0 | 4.9 | 2.3 | 3.4 | 7.0 | 11.8 | 15.7 | 17.5 | 128.7 |
Umdità relattiva medja (%) | 75.4 | 74.3 | 73.4 | 72.8 | 69.5 | 63.4 | 60.0 | 62.2 | 70.4 | 74.6 | 77.5 | 77.2 | 70.7 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 117.7 | 116.8 | 116.0 | 206.5 | 276.8 | 324.2 | 364.5 | 332.8 | 257.1 | 188.9 | 133.5 | 110.9 | 2,545.7 |
Sors 1: Is-Servizz Meteoroloġiku Nazzjonali Elleniku[17] | |||||||||||||
Sors 2: NOAA (temperaturi estremi u sigħat ta' xemx fl-1961-1990)[18] |
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Korfù ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.[9]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju tal-għażla wieħed tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[9]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "The Complete Guide To: Corfu | The Independent | The Independent". web.archive.org. 2021-04-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-04-27. Miġbur 2022-06-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Trevor Webster (1994). Where to Go in Greece: A New Look. Vol. 1. Settle Press. p. 221. ISBN 9781872876207.
- ^ "Διάσπαση: Δείτε την Τροπολογία" (bil-Grieg). 2019-02-25. Miġbur 2022-06-24.
- ^ Thucydides, History of the Peloponnesian War 1.36.3
- ^ a b ċ "History of Corfu Island". web.archive.org. 2008-01-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-01-06. Miġbur 2022-06-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Johann Georg Keyssler (1760). Travels Through Germany, Bohemia, Hungary, Switzerland, Italy, and Lorrain: Giving a True and Just Description of the Present State of Those Countries …. G. Keith. p. 54.
- ^ "Unesco names World Heritage sites" (bl-Ingliż). 2007-06-28. Miġbur 2022-06-24.
- ^ "UNESCO Advisory Body ICOMOS report on Corfu History" (PDF).
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Corfu". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-24.
- ^ "European Union Summit: Corfu summiteers ready to fudge key EU". The Independent (bl-Ingliż). 1994-06-23. Miġbur 2022-06-24.
- ^ Duncan Garwood, Mediterranean Europe, 2009.
- ^ Russell King, John Connell, Small worlds, global lives: islands and migration, 1999.
- ^ "CORCYRA (Korkyra) - Corcyran Naiad Nymph of Greek Mythology". www.theoi.com. Miġbur 2022-06-24.
- ^ National Statistical Service of Greece. "Population & housing census 2001 (incl. area and average elevation)" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-21. Miġbur 2022-06-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b Corfu. 7. Miġbur 2022-06-24.
- ^ "LAZARETTO ISLET - CORFU CORFU GREECE". www.travel-to-corfu.com. Miġbur 2022-06-24.
- ^ "HNMS". web.archive.org. 2015-01-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-24. Miġbur 2022-06-24.
- ^ "Kekira Climate Normals 1961–1990".