KF Skënderbeu Korçë
Isem sħiħ | Klubi Futbollistik Skënderbeu Korçë | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra |
Ujqërit e Dëborës Bardhekuqtë Juglindorët | |||
Fundazzjoni | 15 ta' April 1922 | |||
Grawnd | Stadiumi Skënderbeu, Korçë | |||
Proprjetarju | Korçë | |||
President | Ardian Takaj (en) | |||
Kowċ | Ivan Gvozdenović (en) | |||
Kampjonat | Superliga Albaniża | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Klubi Futbollistik Skënderbeu Korçë huwa klabb tal-futbol Albaniż li huwa bbażat ġewwa Korçë. Huma jilgħabu fis-Superliga Albaniża, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Albaniż u bħalissa huma ċampjins kurrenti. Il-grawnd tagħhom huwa Stadiumi Skënderbeu.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel snin
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel tim fil-belt ta' Korçë kien maħluq fil-15 April 1909 taħt l-isem "Vllazëria" mill-politiku u poeta Hilë Mosi. Matul is-snin 1920 u 1922 kien hemm assoċjazzjonijiet tal-futbol magħmula ġewwa Korçë għall-ewwel darba, bħal Përparimi u Sport Klub Korça, fl-1923 is-soċjetà Shpresa kienet ibbażata taħt il-Liċeo Nazzjonali Albaniż. Imma ma kienx sa 1925 li Skënderbeu kien twieldu, kif il-futbol beda jsir aktar popolari f'din il-belt tal-Albanija, kważi kull qasam għandu jkun użat bħala grawnd tal-futbol għall-lokal biex jilgħabu u jgawdu l-isport. Dan wassal għal ħafna distretti ta' Korçës jippruvaw jiffurmaw gruppi tal-futbol tagħhom stess. Fl-1926 is-soċjetà Zhgaba kienet ibbażata, u fl-1927 ħafna timijiet viċinati kienu finalment stabbiliti, bħal Leka i Madh, Pirro, Brekverdhit, Zjarri, Tigri u Diamanti. Madankollu kien għad hemm skwadra prinċipali li tirrappreżenta l-belt, li kienu Skënderbeu li rnexxielhom jegħlbu l-problemi fil-bidu, xi wħud anki politiki.[1]
Rebbieħa tal-kampjonat
[immodifika | immodifika s-sors]Il-klabb ħa sehem għall-ewwel darba fis-Superliga Albaniża fis-sena 1930, li kien l-ewwel kampjonat Albaniż. F'dak iż-żmien l-belt kollha kienet wara l-klabb, li għenet lil Skënderbeu, flimkien mat-tipi ta' KF Tirana u Vllaznia Shkodër jaqilgħu isem kbir għalihom infushom f'dan il-kapitolu bikri tal-futbol Albaniż. Matul il-kampjonat tal-1930, Skënderbeu spiċċaw runners up wara KF Tirana, wara li tilfu kemm il-logħob taċ-championship u tal-playoff.[2] Il-klabb rnexxielu jirbaħ l-ewwel kampjonat Albaniż biss 3 snin wara l-1933, li spiċċaw 2 punti qabel Vllaznia.[3] Ir-rebbieħa tal-kampjonat kienu: Klani Marjani, Kristaq Bimbli, Andrea Çani, Andon Miti, Lefter Petra, Fori Stasa, Nexhat Dishnica, Tomor Ypi, Thoma Vangjeli, Servet Teufik Agaj, Enver Kulla, Vasil Trebicka, Stavri Kondili, Aristotel Samsuri, mal-kowċ Qemal Omari.
Skënderbeu kienu wkoll tlett finalisti fit-Tazza Albaniża fl-1958, 1965 u 1976, iżda huma tilfuhom it-tlieta l'huma. Huma madankollu rebħu l-Ewwel Diviżjoni Albaniża fl-istaġun 1976-77 kif ukoll tliet darbiet oħra bl-aħħar rebħa fl-istaġun 2008–09 fejn Skënderbeu rebħu d-drittijiet li jimxu fis-Superliga Albaniża fejn dawn qatt ma ħarsu lura. Fit-8 ta' Mejju, 2011 dawn saru ċ-ċampjins kurrenti fis-Superliga Albaniża, grazzi għall-kowċ ddedikati tagħhom ta' Nazzjonalità Ċeka Stanislav Levý u l-iben tal-belt, il-president Agim Zeqo, u l-partitarji. L-akbar kowċis fl-istorja tal-klabb huma Kosta Koça u Aleko Pilika li kienu l-aktar kowċis li għamlu l-aktar suċċess fil-klabb, mal-ewwel tim u tim taż-żgħażagħ.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Domestiċi
[immodifika | immodifika s-sors]Kampjonat
- Superliga Albaniża (1 livell)
- Rebbieħa (8): 1933, 2010–11, 2011–12, 2012–13, 2013-14, 2014-15, 2015-16, 2017-18
- Runners-up (3): 1930, 1934, 1976-77
- L-Ewwel Diviżjoni Albaniża (2 livell)
- Rebbieħa (3):1975–76,2004–05,2006–07
- Runners-up (3):1989–90, 1994–95, 2004–05
Tazzi
- Tazza Albaniża
- Runners-up (4): 1958, 1965, 1976 & 2012
- Supercup Albaniża
- Runners-up (2): 2011, 2012
Kompetizzjonijiet
- Trofew SuperSport
- Rebbieħa (1): 2011
L-aqwa skorers tal-istaġun
[immodifika | immodifika s-sors]Staġun | Plejer | Gowls |
---|---|---|
1931 | Aristotel Samsuri | 7 |
1933 | Servet Teufik Agaj | 7 |
2010–11 | Alfredo Rafael Sosa | 13 |
2011–12 | Daniel Xhafaj | 11 |
2012–13 | Pero Pejić | 12 |
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
[immodifika | immodifika s-sors]Staġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Pajjiż | Klabb | Home | Away | Aggregat | Kwal/Elim |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
2011–12 | UEFA Champions League | 2RK | APOEL | 0–2 | 0–4 | 0–6 | ||
2012–13 | UEFA Champions League | 2RK | Debrecen | 1–0 | 0–3 | 1–3 | ||
2013–14 | UEFA Champions League | 2RK | Neftchi Baku | 1–0 (ħs) | 0–0 | 1–0 | ||
3RK | Shakhter Karagandy | 3–2 | 0–3 | 3–5 | ||||
2013–14 | UEFA Europa League | PO | Chornomorets Odesa | 1–0 | 0–1 | 1–1 (6–7p) |
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Websajt Uffiċjali (SQ)
- Faqja e Tifozave te Skenderbeut (SQ)
- Albanian Football Association Official Website (SQ) (EN)
- KF Skënderbeu at UEFA.com (EN)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Teodor Vaso (2010-11-11). Sporti Shqiptar (ed.). "Todo Vaso, mjeshtri i merituar, rrëfen historinë 80-vjeçare të futbollit korçar" (bl-Albaniż). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Giovanni Armillotta (2009-07-15). Giovanniarmillotta.it (ed.). "Albanian Football Season 1930" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-22. Miġbur 2013-02-12. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Giovanni Armillotta (2009-07-15). Giovanniarmillotta.it (ed.). "Albanian Football Season 1933" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-01-29. Miġbur 2013-02-12. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna)