Aqbeż għall-kontentut

Gran Mastri tal-Ordni ta' San Ġwann

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-Arma ta' l-Ordni ta' San Ġwann . L-arma personali tal-Gran Mastru kienet tintwera flimkien mal-arma tal-ordni fis-sekli 14 sal-15. Minn nofs is-seklu 15, il-Gran Mastru kien jikkwartja l-arma ta' l-ordni ma' tiegħu.

Lista tal-Gran Mastri tal-Ordni ta' San Ġwann, tiġbor fiha l-kontinwazzjoni tagħha bħala l-Ordni Militari Sovrana ta' Malta wara l-1798. Din tinkudi koll "anti-Gran mastri" u logutenenti jew stewards mhux rikonoxxuti waqt karigi battala.

Fil-listi tal-kapijiet tal-Ordni, it-titlu "Gran Mastru" spiss jiġi applikat retrospettivament għall-kapijiet tal-bidu tal-Ordni. Il-kapijiet Medjevali tal-Ordni użaw it-titlu ta' custos (Gwardjan) tal-isptar. It-titolu magister jintuża fuq muniti maħduma f'Rodi, minn Foulques de Villaret 'il quddiem. L-ewwel li uża t-titlu Grandis Magister (Gran Mastru) kien Jean de Lastic li saltan fl-1437–1454).[1] Aktar tard il-Gran Mastri f'Rodi użaw it-titlu Magnus Magister (Gran Mastru).

Fl-1607 l-Imperatur Ruman Imqaddes Rudolf II ħoloq lill-Gran Mastru Prinċep tal-Imperu Ruman Qaddis (bil-Ġermaniż: Reichsfürst ).[2] Din l-għotja ġiet imġedda mill-Imperatur Ruman Imqaddes Ferdinandu II fis-16 ta' Lulju 1620.[2][3] Fl-20 ta' Marzu 1607, il-Papa Pawlu V ta lill-Gran Mastru t-titlu "l-Eminenza Tiegħu" u preċedenza fil-Qorti ta' Ruma immedjatament wara dik tal-kardinali.[2]

Fl-1880, it-titlu ta' Fürst (Prinċep) ġie rikonoxxut fl-Awstrija mill-Imperatur Franz Joseph I.[4]

Fit-2 ta' Frar 1929, it-titlu ta' Prinċep u ta' Altezza Eminentissima (Altezza l-aktar Eminenti) ġew rikonoxxuti fl-Italja mir-Re Victor Emmanuel III.[5]

Bħalissa l-Gran Mastru jiġi indirizzat b'dan il-mod bil-lingwi li ġejjin:

bl-Ingliż: Most Eminent Highness,[6]
bit-Taljan: Altezza Eminentissima;[7]
bil-Franċiż: Altesse Eminentissime,[8]
bil-Ġermaniż: Hoheit und Eminenz,[9]
bl-Ispanjol: Alteza Eminentísima.[10]

Lista tal-Gran Mastri tal-Ordni ta' San Ġwann

[immodifika | immodifika s-sors]

Listi numerati tal-kapijiet tal-Ordni ġew ippubblikati fil-bidu tas-seklu 17, u edizzjonijiet aġġornati dehru matul is-seklu 18. In-numerazzjoni tal-Mastri u l-Gran Mastri ppubblikati fl-Istatuti tal-Ordni tal-1719 telenka lill-Beatu Gerard bħala fundatur mingħajr numru, lil Raymond du Puy bħala l-ewwel Mastru, u lil Ramón Perellós (inkarigat mill-1719) bħala t-63 Gran Mastru.[11] In-numerazzjoni użata bħalissa mill-Ordni Militari Sovran ta' Malta telenka lill-Beatu Gerard bħala l-ewwel Mastru, Raymond du Puy bħala t-tieni Mastru, Ramón Perellós y Rocafull bħala l-64 Gran Mastru, u lil Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto bħala t-80 Gran Mastru.[12]

Kavallieri Ospitaljieri (Renju ta' Ġerusalemm)

[immodifika | immodifika s-sors]
Nru. Titlu Ritratt Isem Snin fil-kariga Noti
—/1 Fundatur u Rettur tal-Isptar Il-Beatu Gerard 1099/1113–1118/20 L-Ordni stabbilita fl-1099 u ngħatat rikonoxximent Papali fl-1113 minn Paschal II
1/2 Gwardjan Raymond du Puy 1118/21/23–1160 Laħaq flok Gerard wara li Pierre de Barcelona u Boyant Roger servew ad interim qablu. Daħħal lill-Ospitaljieri bħala forza militari fl-Art Imqaddsa u introduċa regoli għall-imġiba tal-ordni. Introduċa ukoll il-Gran Siġill tal-Ordni.[13]
2/3 Gwardjan Auger de Balben 1160–1162/3
3/4 Gwardjan Arnaud de Comps c. 1162–1163 L-istoriċità ta' dan il-gwardjan hija dubjuża u mhux ċara, iżda xorta jidher fil-listi uffiċjali tal-Gran Mastri.
4/5 Gwardjan Gilbert of Assailly 1163–1169 Appoġġa lil Amalric ta' Ġerusalemm fl-invażjoni mill-Eġittu waqt il-Kruċjati.
5/6 Gwardjan Gastone de Murols c. 1170–1172
6/7 Gwardjan Jobert of Syria c. 1169/72–1177 Issostitwixxa lir-Re Amalric ta' Ġerusalemm fl-1172. Fl-1174, oppona lil Miles ta' Plancy favur Raymond III ta' Tripoli.
7/8 Gwardjan Roger de Moulins 1177–1187 Inqatel fil-Battalja ta' Cresson. Il-Kmandant William Borrel laħaq Gran Mastru ad interim, sa ma nqatel fil-Battalja ta' Hattin, 3 xhur wara.
8/9 Provisor Armengol de Aspa 1187–1190 Gran Mastru ad interim waqt it-telfa ta' Ġerusalemm fl-1187, meta l-kwartieri mexew għal Acre. Inkluż bħala Gran Mastru fil-listi fiż-żmien modern bikri. Wara l-ħtif ta' Acre u l-konsolidazzjoni tal-Ordni, Armengol abdika, u nħatar Gran Mastu Garnier de Nablus.
9/10 Gwardjan Garnier de Nablus 1190–1192 Appoġġa lil Richard I tal-Ingilterra fit-Tielet Kruċjata.
10/11 Gwardjan Geoffroy de Donjon 1193–1202 Wara mewtu, Pierre de Mirmande nħatar Gran Mastru ad interim.
11/12 Gwardjan Afonso de Portugal 1202–1206 Irreżenja fl-1206
12/13 Gwardjan Geoffroy le Rat 1206–1207 L-ewwel li struttura l-Ordni skont in-nazzjonalità jew Langues.
13/14 Gwardjan Guérin de Montaigu 1207–1228 Il-Ħames Kruċjata.
14/15 Gwardjan Bertrand de Thessy 1228–1231 Is-Sitt Kruċjata.
15/16 Gwardjan Guérin Lebrun 1231–1236 Kunflitt ma' Bohemond IV ta' Antiokja.
16/17 Gwardjan Bertrand de Comps 1236–1240 Kruċjata tal-Barunijiet. Il-kwartieri marru Ġerusalemm.
17/18 Gwardjan Pierre de Vieille-Brioude 1240–1242 Il-Battalja ta' Gaża, kunflitt mat-Templari.
18/19 Gwardjan Guillaume de Chateauneuf 1242–1258 Il-waqgħa ta' Ġerusalemm fl-1244, kwartieri stabbiliti f'Acre, Krak des Chevaliers u Margat. Maqbud f'La Forbie fl-1244. Jean de Ronay serva bħala Gran Mastru ad interim, sa ma miet fl-1250 f'Mansurah. De Chateauneuf inħeles fis-17 ta' Ottubru 1250.
19/20 Gwardjan Hugues de Revel 1258–1277 It-telfa ta' Krak des Chevaliers fl-1271
20/21 Gwardjan Nicolas Lorgne 1277–1285 It-telfa ta' Margat fl-1285. Wara mewtu, il-Gran Kmandant Jacques de Taxi serva bħala Gran Mastru ad interim sa ma s-suċċessur tiegħu proprja, Jean de Villiers, wasal fl-Art Imqaddsa.
21/22 Gwardjan Jean de Villiers 1285–1294 L-Assedju ta' Acre.
22/23 Gwardjan Odon de Pins 1294–1296 Il-kwartieri mexew għal Limassol, Ċipru.
23/24 Gwardjan Guillaume de Villaret 1296–1305

Kavallieri ta' Rodi

[immodifika | immodifika s-sors]
Nru. Titlu Ritratt Isem Snin fil-kariga Noti
24/25 Mastru Foulques de Villaret 1305–1319 Neputi ta' Guillaume de Villaret. Irreżenja fuq talba tal-Papa Ġwanni XXII fl-1319. Miet fl-1327.
Anti-Mastru Maurice de Pagnac

(mhux rikonoxxut)
1317–1319
25/26 Mastru Hélion de Villeneuve 1319–1346
26/27 Mastru Dieudonné de Gozon 1346–1353
27/28 Mastru Pierre de Corneillan 1353–1355
28/29 Mastru Roger de Pins 1355–1365
29/30 Mastru Raimundo Berenguer 1365–1374
30/31 Mastru Robert de Juilly (de Juliac) 1374–1376
31/32 Mastru Juan Fernández de Heredia 1376–1396 Maħtur mill-Papa Girgor XI. Aktar tard, appoġġa lill-Anti-Papa Clement VII. Imneħħi mill-Papa Urbanu VI fl-1382. Kompla bħala Anti-Mastru f'Rodi sa mewtu.
32/33 Mastru Riccardo Caracciolo 1383–1395 Maħtur mill-Papa Urbanu VI fl-1382.
33/34 Mastru Philibert de Naillac 1396–1421
34/35 Mastru Anton Flavian de Ripa 1421–1437
35/36 Gran Mastru Jean de Lastic 1437–1454 L-Assedju ta' Rodi (1444). Kien l-ewwel li uża t-titlu "Gran Mastru" (Grandis Magister).
36/37 Gran Mastru Jacques de Milly 1454–1461
37/38 Gran Mastru Piero Raimondo Zacosta 1461–1467
38/39 Gran Mastru Giovanni Battista Orsini 1467–1476
39/40 Gran Mastru Pierre d'Aubusson 1476–1503 L-Assedju ta' Rodi (1480).
40/41 Gran Mastru Emery d'Amboise 1503–1512
41/42 Gran Mastru Guy de Blanchefort 1512–1513
42/43 Gran Mastru Fabrizio del Carretto 1513–1521

Kavallieri ta' Malta

[immodifika | immodifika s-sors]
Nru. Titlu Ritratt Isem Snin fil-kariga Noti
43/44 Gran Mastru Philippe Villiers de L'Isle-Adam 1521–1534 L-Assedju ta' Rodi (1522), il-kwartieri tmexxew għal Malta fl-1530.
44/45 Gran Mastru Piero de Ponte 1534–1535
45/46 Gran Mastru Didier de Saint-Jaille 1535–1536
46/47 Gran Mastru Juan de Homedes 1536–1553 Malta kienet attakkata mill-flotta Ottomana fl-1551. L-attakk inżamm lura minn Malta imma l-Ottomani xorta invadew Għawdex, u ftit wara l-ħakma tal-Ordni f'Tripli. De Homedes beda programm ta' titjib tal-fortifikazzjonijiet f'Malta.
47/48 Gran Mastru Claude de la Sengle 1553–1557 Kompla t-titjib tal-fortifikazzjonijiet, kabbar il-Forti ta' San Mikiel bi swar kbar u lesta l-bini tal-Forti Sant'Iermu.
48/49 Gran Mastru Jean Parisot de Valette 1557–1568 Valette kien l-aktar mexxej illustri tal-Ordni, bil-kmand tiegħu fuq ir-reżistenza kontra l-Ottomani fl-Assedju l-Kbir tal-1565.
49/50 Gran Mastru Pierre de Monte 1568–1572 Kompla l-bini tal-belt kapitali ġdida Valletta. Saħħaħ il-flotta tal-ordni, u pparteċipa fil-Battalja ta' Lepanto fis-7 ta' Ottubru 1571.
50/51 Gran Mastru Jean de la Cassière 1572–1581 Kriżi minħabba r-Riforma Protestanta.
Logutenent Mathurin Romegas 1577–1581
Anti-Gran Mastru Mathurin Romegas 1581
51/52 Gran Mastru Hugues Loubenx de Verdalle 1581–1595
52/53 Gran Mastru Martín Garzés 1595–1601
53/54 Prinċep u Gran Mastru Alof de Wignacourt 1601–1622 Bena t-Torrijiet ta' Wignacourt u l-Akkwedott ta' Wignacourt. Żamm l-aħħar tentattiv tal-Ottomani li jaħkmu lil Malta fl-1614.
54/55 Prinċep u Gran Mastru Luís Mendes de Vasconcellos 1622–1623
55/56 Prinċep u Gran Mastru Antoine de Paule 1623–1636
56/57 Prinċep u Gran Mastru Giovanni Paolo Lascaris 1636–1657 Pussessi fil-Karibew
57/58 Prinċep u Gran Mastru Martin de Redin 1657–1660
58/59 Prinċep u Gran Mastru Annet de Clermont-Gessant 1660 Miet anqas minn 4 xhur wara li nħatar, fit-2 ta' Ġunju 1660.
59/60 Prinċep u Gran Mastru Rafael Cotoner 1660–1663 Ikkummissjona lill-artist Taljan Mattia Preti biex ipinġi s-saqaf tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta.
60/61 Prinċep u Gran Mastru Nicolás Cotoner 1663–1680 L-Assedju ta' Kandja. Tlestew ix-xogħlijiet ta' Mattia Preti fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann.
61/62 Prinċep u Gran Mastru Gregorio Carafa 1680–1690 Rinnovazzjoni tal-Auberge d'Italie fl-istil Barokk. Titjib fil-Forti Sant'Anglu u l-Forti Sant'Iermu.
62/63 Prinċep u Gran Mastru Adrien de Wignacourt 1690–1697 Daħħal pensjoni għar-romol ta' dawk li mietu fil-ġlied kontra l-Ottomani.
63/64 Prinċep u Gran Mastru Ramón Perellós 1697–1720 Organizza l-Consulato del Mare (Konsulat tal-Baħar). Stabbilixxa relazzjonijiet diplomatiċi mar-Russja Imperjali. Iġġieled kontra l-korruzzjoni fl-Ordni. Ikkumbatta l-pirati Ottomani.
64/65 Prinċep u Gran Mastru Marc'Antonio Zondadari 1720–1722
65/66 Prinċep u Gran Mastru António Manoel de Vilhena 1722–1736 Irrestawra l-belt tal-Imdina, bena l-Forti Manoel u tejjeb sostanzjalment il-fortifikazzjonijiet ta' Malta b'mod generali. Bena Casa Leoni u Palazzo Parisio, u rrinnova l-Palazz ta' Verdala. Fl-1731 bena t-Teatru Manoel. Iddikjara stat ta' newtralità fil-Gwerra tas-Suċċessjoni Pollakka.
66/67 Prinċep u Gran Mastru Ramón Despuig 1736–1741 Tejjeb il-fortifikazzjoni tal-Imdina, immodernizza l-liġijiet, irrinnova l-Kon-Katidral ta' Ġwann. Ħbit navali kontra l-Ottomani fl-Alġerija.
67/68 Prinċep u Gran Mastru Manuel Pinto da Fonseca 1741–1773 Keċċa lill-Ġiżwiti minn Malta. Fl-1753 ipproklama s-sovranità tal-Ordni fuq Malta u fetaħ diżgwid mar-Renju ta' Sqallija mmexxi mir-Re Karlu V. Sas-sena ta' wara kien innormalizza kollox u l-Ordni ħadet kontroll de facto fuq Malta bħala stat sovran.[14]
68/69 Prinċep u Gran Mastru Francisco Ximénez de Tejada 1773–1775 Ir-Rewwixta tal-Qassisin (1775). Falliment finanzjarju tal-Ordni.
69/70 Prinċep u Gran Mastru Emmanuel de Rohan-Polduc 1775–1797 Daħħal il-langue tal-Anglo-Bavarja u l-Gran Pirjolat Russu.
70/71 Prinċep u Gran Mastru Ferdinand von Hompesch 1797–1799 L-ewwel Ġermaniż li mexxa l-Ordni. Abdika fis-6 ta' Lulju 1799 wara l-Invażjoni Franċiża ta' Malta.

Ordni Militari Sovrana ta' Malta

[immodifika | immodifika s-sors]
Nru. Titlu Ritratt Isem Snin fil-kariga Noti
72[15] Gran Mastru de facto Pawlu I tar-Russja 1798–1801 Elett mill-Pirjolat ta' San Pietruburgu f'Settembru 1798 (qabel l-abdikazzjoni ta' von Hompesch). L-elezzjoni ma kinitx ikkonfermata mill-Papa Piju VII.
Nikolai Saltykov 1801–1803 De facto Logutenent f'San Pietruburgu.
73[15] Prinċep u Gran Mastru Giovanni Battista Tommasi 1803–1805 Appuntat mill-Papa Piju VII. Residenti f'Messina u Catania
Logutenent Innico Maria Guevara-Suardo 1805–1814 Kwartieri f'Catania.
Logutenent Andrea Di Giovanni y Centellés 1814–1821
Logutenent Antoine Busca 1821–1834 Kwartieri f'Ferrara.
Logutenent Carlo Candida 1834–1845 Kwartieri jitmexxew għal Palazzo Malta f'Ruma.
Logutenent Filippo di Colloredo-Mels 1845–1864
Logutenent Alessandro Borgia 1865–1871
Logutenent Giovanni Battista Ceschi 1871–1879
74[15] Prinċep u Gran Mastru Giovanni Battista Ceschi 1879–1905 Il-kariga ta' Gran Mastru ġiet restitwita wara perjodu interregnum ta' 75 sena, ikkonfermat mill-Papa Ljun XIII.
75[15] Prinċep u Gran Mastru Galeas von Thun und Hohenstein 1905–1931
76[15] Prinċep u Gran Mastru Ludovico Chigi Albani della Rovere 1931–1951
Logutenent Antonio Hercolani Fava 1951–1955
Logutenent Ernesto Paternò Castello di Carcaci 1955–1962 Dikjarazzjoni Kostituzzjonali approvata permezz ta' Ittra Appostolika mill-Papa Ġwanni XXIII, fl-24 ta' Ġunju 1961.
77[15] Prinċep u Gran Mastru Angelo de Mojana di Cologna 1962–1988
Logutenent ad interim Jean Charles Pallavicini 1988
78[15] Prinċep u Gran Mastru Andrew Bertie 1988–2008 Kodiċi u Dikjarazzjoni Kostituzzjonali reveduti mill-Kapitlu Ġenerali Straordinarju tat-28-30 ta' April 1997.[16]
Lieutenant ad interim Giacomo dalla Torre del Tempio di Sanguinetto 2008
79[15] Prinċep u Gran Mastru Matthew Festing 2008–2017 L-ewwel Gran Mastru elett skont il-kostituzzjoni l-ġdida tal-1997. Irreżenja fl-2017 wara diżgwid mal-Vatikan.[17]
Logutenent ad interim Ludwig Hoffmann-Rumerstein 2017
Logutenent tal- Gran Mastru Giacomo dalla Torre del Tempio di Sanguinetto 2017–2018
80[15] Prinċep u Gran Mastru Giacomo dalla Torre del Tempio di Sanguinetto 2018–2020
Logutenent ad interim Ruy Gonçalo do Valle Peixoto de Villas Boas 2020
Logutenent tal- Gran Mastru Marco Luzzago 2020–2022
Logutenent ad interim Ruy Gonçalo do Valle Peixoto de Villas Boas 2022
Logutenent tal- Gran Mastru John T. Dunlap 2022–2023 Maħtur mill-Papa Franġisku.
81 Prinċep u Gran Mastru John T. Dunlap 2023–
  1. ^ Morris (1884), 17–19.
  2. ^ a b ċ Gothaisches Genealogisches Handbuch des Fürstlichen Häuser, Fürstliche Häuser Band 2 (Marburg: Verlag des Deutschen Adelsarchivs, 2018), 175.
  3. ^ "Del titolo di 'Altezza' del Gran Maestro dell'Ordine Gerosolimitano", Rivista del Collegio araldico anno I (1903): 271.
  4. ^ Genealogisches Handbuch des Adels, Fürstlicher Häuser Band I (Glücksburg: C. A. Starke, 1951), 178.
  5. ^ "Regio Decreto 21 gennaio 1929, n. 61", articolo 51 Gazzetta Ufficiale del Regno d'Italia, Anno 70, Numero 28 (2 febbraio 1929), 526.
  6. ^ Constitutional Charter and Code, Title III, Article 12, Sovereign Order of Malta.
  7. ^ Carta Costituzionale e Codice, Titolo III, Articolo 12, Sovrano Ordine di Malta.
  8. ^ Charte constitutionelle et Code, Titre III, Art. 12, Ordre Souverain de Malte.
  9. ^ Verfassung und Codex, Kapitel III, Artikel 12, Souveräner Malteserorden.
  10. ^ Carta Constitucional y Código, Títolo III, Art. 12, Soberano Orden de Malta.
  11. ^ Malta, Orden de (1719). Volume che contiene gli statuti della Sacra Religione Gerosolimitana: le ordinazioni dell'ultimo capitolo Generale, che sono le sole, che sussistono ; il nuovo cerimoniale prescritto dalla Santita di N. Sig. Papa Vrbano VIII. sopra l'elezione de'Gran Maestri ; il modo, o sia instruzione di far i processi de'Miglioramenti delle Commende, che serue ancora per i priorati, e Baliaggi, e come deuono farsene li Cabreri ; l'Ordine, che si tiene nel dar l'Abito, a chi professanella religione ; e per vltimo i Privilegi concessi da'sommi pontefici alla religione, e suoi dependenti (bit-Taljan). per Antonio Scionico. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  12. ^ "The Grand Masters". orderofmalta.int. Sovereign Military Order of Malta. Miġbur 14 June 2022.
  13. ^ The Order's Great Seal, or leaden bulla, remained in use, with some modifications, from the 12th century until 1798. Until 1278, when Nicholas de Lorgne introduced a separate conventual bulla, there was no distinction between the seal of the Grand Master and that of the order. The general design of the seal featured, on the obverse, the Grand Master kneeling in prayer before the patriarchal cross. This image was usually accompanied with the sacred letters alpha and omega, which referenced the Second Coming of Christ. The central image was surrounded by a legend with the Master's name followed by the official designation CVSTOS. Barbara Packard, Seals of the Grand Masters, Museum of the Order of St John, 14 October 2015.
  14. ^ Zammit, Vincent (1992). Il-Gran Mastri - Ġabra ta' Tagħrif dwar l-Istorja ta' Malta fi Żmienhom - It-Tieni Volum 1680-1798. Valletta, Malta: Valletta Publishing & Promotion Co. Ltd. pp. 405–406.
  15. ^ a b ċ d e f ġ g Innumerati skont kif jidhru fis-sit tas-SMOM (orderofmalta.int fl- 2017) li jimplika r-rikonoxximent ta' Riccardo Caracciolo bħala t-33 Gran Mastru, u lil Pawlu I tar-Russja bħala t-72 Gran Mastru (1798–1801).
  16. ^ Constitutional Charter and Code of the SMOM (1997).
  17. ^ Pullella, Philip (23 June 2016). "Knights of Malta head resigns after dispute with Vatican". Reuters. Miġbur 25 January 2017.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]