Aqbeż għall-kontentut

It-Triq tal-Għajn (Il-Fontana, Għawdex)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Fontana (Għawdex))
Il-Fontana
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaGħawdex
Ġeografija
Koordinati 36°02′11″N 14°14′32″E / 36.0364°N 14.2422°E / 36.0364; 14.2422Koordinati: 36°02′11″N 14°14′32″E / 36.0364°N 14.2422°E / 36.0364; 14.2422
It-Triq tal-Għajn (Il-Fontana, Għawdex) is located in Malta
It-Triq tal-Għajn (Il-Fontana, Għawdex)
It-Triq tal-Għajn (Il-Fontana, Għawdex)
It-Triq tal-Għajn (Il-Fontana, Għawdex) (Malta)
Superfiċjenti 0.5 kilometru kwadru
Għoli 71 m
Demografija
Popolazzjoni 985 abitanti (31 Marzu 2014)
lc.gov.mt…
Kienu is-sajjieda abitanti tal-Fontana li ħallsu għall-bini tal-Knisja Parrokkjali

Il-Fontana hu raħal żgħir f'Għawdex b'popolazzjoni ta' madwar 850 ruħ. Ir-raħal oriġina l-ewwel bħala subburg tal-belt Victoria, mibni madwar it-triq li tghaddi mir-Rabat għax-Xlendi.

Il-Fontana hu rreferit ukoll bħala "it-Triq tal-Għajn" b'referenza għall-Għajn li tinsab fl-istess lokal, imsejħa bħala "l-Għajn il-Kbira". L-isem uffiċjali "Fontana" ġej mit-Taljan, u jfisser "għajn".

Ir-raħal kien minn dejjem magħruf għall-għelieqi fertili u abbundanti li jinsabu fih. Dan jiġi mill-fatt li qrib dan ir-raħal tinsab waħda mill-uniċi sorsi ta' ilma ġieri naturali f'Għawdex. San-nofs tas-seklu 20, il-Fontana kien prinċiparjament raħal tas-sajjieda li kienu jaħdmu fix-Xlendi, tant li l-knisja parrokkjali tar-raħal tħallset mill-flus ta' dawn l-istess sajjieda. Barra minn hekk il-patrun sekondarju tar-raħal hu Sant'Indrija, li hu ukoll il-patrun tas-sajjieda.


Amministrazzjoni u Kunsill Lokali

[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-Raħal tal-Fontana hu mmexxi mill-Kunsill Lokali Fontana li hu magħmul minn:

  • Savior Borg (Sindku, PN)
  • Anthony Borg (PN)
  • Lorry Apap (PN)
  • Victor Cefai (PL)
  • Horace Micallef (PL)


Faċilitajiet Komunali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fir-raħal tal-Fontana, wieħed isib plejgrawnd u ġnien pubbliċi, kif ukoll ċentru ċiviku li preżentament għadu qed jinbena.


Festa tar-Raħal

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Patrun Prinċipali tar-raħal hi l-Qalb Divina ta' Ġesù. Il-festa ssir kull tieni jew tielet ħadd ta' Ġunju, u hi aktar ibbażata fuq iċ-ċelebrazzjonijiet u funzjonijiet reliġjużi. Il-Banda Ċittadina 'La Stella' tal-Belt Victoria normalment tieħu ħsieb u ddoqq fil-festa, bil-qofol tagħha tkun il-purċissjoni bl-istatwa tal-Qalb ta' Ġesù maħduma fl-1923.


Żoni tar-Raħal

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Is-Saqwi
  • Ta' l-Għajn
  • Wied tal-Lunzjata


Toroq Prinċipali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Pjazza l-Għejjun
  • Triq il-Kappillan Hili
  • Triq ix-Xlendi
  • Triq l-Isptar San Ġiljan
  • Triq Santa Duminka
  • Triq Tal-Għajn
  • Triq John Gasperd le merchant
  • Triq Il-Kardinal Alessandro Franchi
  • Triq il-Qalb ta' Ġesu
  • Daħlet ir-Razzett
  • Sqaq l-Andar
  • Sqaq Bieb il-Għajn
  • Sqaq l-Għajn Nru.1 - Nru.6
  • Sqaq Ta' Fuq il-Lunzjata
  • Sqaq Ta' Kaputt
  • Sqaq Wara l-Idjar
  • Trejqa Grezzja Grima
  • Trejqa ix-Xagħri
  • Trejqet iċ-Ċentru Parrokkjali
  • Trejqet il-Ħarrub
  • Triq Għajn Tuta
  • Triq Le Marchant John Gaspard
  • Triq Mons. Mikiel Buttigieg
  • Triq is-Sajjieda
  • Triq San Martin
  • Triq Ta' Mulejja
  • Triq Wied Siekel