Alfabett Malti
L-alfabett Malti huwa l-alfabett li jintuża sabiex jinkiteb il-Malti. Dan huwa l-uniku alfabett Latin li, miżjud b'xi sinjali dijakritiċi, jintuża biex jesprimi l-fonemi ta' lingwa Semitika.
Kellhom jgħaddu żewġ sekli u iktar minn tnax-il verżjoni biex l-alfabett attwali jiġi stabbilit uffiċjalment fl-1 ta' Jannar 1934. Il-ħolqien ta' dan l-alfabett kien neċessarju sabiex jippermetti lill-Malti biex ma jibqax iktar bħala lingwa mitkellma biss. Dan kollu sar grazzi għal ġabra ta' studjużi Maltin li kienu jiffurmaw l-Akkademja tal-Malti. L-Akkademja kellha taffaċċja diversi diffikultajiet sabiex tadatta l-alfabett Latin f'lingwa Semitika; ix-xena politika, li rat kunflitt bejn sostenituri tal-irredentiżmu Taljan u l-okkupanti Ingliżi, ir-reliġjon u t-tradizzjonijiet kienu ostakli.
L-alfabett jikkonsisti minn 30 ittra:
A a, B b, Ċ ċ, D d, E e, F f, Ġ ġ, G g, GĦ għ, H h, Ħ ħ, I i, IE ie, J j, K k, L l, M m, N n, O o, P p, Q q, R r, S s, T t, U u, V v, W w, X x, Ż ż, Z z.
Storja tal-alfabett
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Malti kien għal ħafna żmien lingwa mitkellma biss; il-popolazzjoni kienet tikkomunika bil-Malti imma kienu jintużaw l-ittri Sqallin sabiex jinkiteb. Fil-fatt, fis-Sikulu-Għarbi bil-Malti, il-kliem u l-kitba fl-arċipelagu Malti segwew evoluzzjoni parallela għal dik fi Sqallija, b'din tal-aħħar mis-Sikulu-Għarbi għall-Isqalli.
Huwa stmat li l-oriġini tal-Malti jmur lura għas-seklu 11,[1] però huwa biss fis-seklu 15 li dehru l-ewwel traċċi ta' kitba bil-Malti grazzi għal atti notarili. Dawn l-atti huma miktubin bl-Isqalli, imma l-ismijiet tal-persuni u l-postijiet huma miktubin bil-Malti flimkien ma' traskrizzjoni fonoloġika u fonetika. L-alfabett użat ma kienx adattat, it-traskrizzjoni kienet b'mod każwali u, għal fonema bil-Malti kienu jikkorrispondu grafemi bl-Isqalli ħafna drabi differenti (it-traskrizzjoni tal-"k" jew "ch" u "i" jew "j" tiegħu kienet tagħti grafija Maltija, "knisja" jew waħda pjuttost Sqallija, "chnisia").[2]
Matul iż-żmien, diversi kittieba ħolqu alfabett tal-Malti biex ikunu jistgħu jiktbu l-Malti bih. Lejn is-seklu 19, biż-żieda sostanzjali ta' letteratura miktuba bil-Malti u bil-pubblikazzjoni ta' ħafna gazzetti bil-Malti, inħasset il-ħtieġa li l-alfabett tal-Malti jiġi standardizzat. Għall-bidu kien hemm individwi li ħolqu alfabett tal-Malti biex jinqdew bih, u kultant, anke bl-iskop li jxerrduh fost il-kittieba l-oħra u fl-iskejjel. Iktar 'il quddiem, twaqqfu bosta għaqdiet bil-għan li joħolqu alfabett u ortografija tal-Malti biex jistandardizzaw il-lingwa. Fost l-individwi u l-għaqdiet li ħolqu alfabett tal-Malti nsibu lil:
Il-Kanonku Ġan Piet Franġisk Agius de Soldanis - 1750
[immodifika | immodifika s-sors]Mikiel Anton Vassalli - 1788
[immodifika | immodifika s-sors]Francesco Vella - 1831
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Società Medica - 1841
[immodifika | immodifika s-sors]L-Accademia Filologica Maltia - 1843
[immodifika | immodifika s-sors]Fortunato Panzavecchia - 1845
[immodifika | immodifika s-sors]Giovanni Battista Falzon - 1845
[immodifika | immodifika s-sors]Ix-Xirka Xemija - 1880
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kumitat tal-Ħamsa - 1894
[immodifika | immodifika s-sors]L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti - 1920
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Martine Vanhove, "La langue maltaise : un carrefour linguistique" f'Revue du monde musulman et de la Méditerranée, 1994, kap. 71, pġ. 167–183
- Tony Cardona, Introduzzjoi għal-Lingwistika Maltija, Mireva Publications, Malta, 1997