Isco
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Francisco Román Alarcón Suárez | ||
Twelid | 21 ta' April 1992 Benalmádena, Spanja | ||
Tul | 1.76m | ||
Rwol | Midfilder offensiv | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Real Madrid | ||
Numru | 22 | ||
Mixtliet | |||
1997–1999 | PDM Benalmádena | ||
1999–2006 | Atlético Benamiel | ||
2006–2009 | Valencia | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2009–2011 | Valencia B | ||
2010–2011 | Valencia | ||
2011–2013 | Málaga | ||
2013–2022 | Real Madrid | ||
2022– | Sevilla | ||
Tim nazzjonali | |||
2008 | Spanja U16 | ||
2008–2009 | Spanja U17 | ||
2010 | Spanja U18 | ||
2010–2011 | Spanja U19 | ||
2011 | Spanja U20 | ||
2011–2014 | Spanja U21 | ||
2012 | Spanja U23 | ||
2013– | Spanja |
Francisco Román Alarcón Suárez (twieled fil-21 ta' April 1992), komunement magħruf bħala Isco, huwa plejer tal-futbol professjonali Spanjol li jilgħab ma' Sevilla bħala midfilder offensiv.
Karriera
Valencia
Isco huwa prodott tal-akkademija ta' Valencia, u ddebutta mat-tim tal-kbar fil-11 ta' Novembru 2010 kontra UD Logroñés, partita valida għall-Copa del Rey; hu skorja żewġ gowls f'rebħa ta' 4–1 (7–1 bl-aggregat).[1] Preċedentement, huwa qatta' staġun sħiħ mat-tim tar-riservi fis-Segunda División B, fejn skorja darba f'25 logħba filwaqt li sofra r-relegazzjoni.
Isco lagħab l-ewwel logħba tiegħu fil-La Liga fl-14 ta' Novembru 2010, billi lagħab 20 minuta f'rebħa ta' 2–0 kontra Getafe, wara li ħa post Aritz Aduriz.[2]
Málaga
F'Lulju tal-2011, wara li għen it-tim B ta' Valencia jirritornaw lura għat-tielet livell tal-futbol Spanjol fejn skorja 15-il gowl, Isco iffirma kuntratt ta' ħames snin ma' Málaga, wara li l-klabb attiva l-klawsola tiegħu ta' €6 miljuni.[3] Huwa skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-21 ta' Novembru 2011, fir-rebħa ta' 3-1 barra min darhom kontra Racing de Santander.[4] Isco temm l-ewwel staġun tiegħu bi 32 logħba u ħames gowls, hekk kif għen lit-tim jikkwalifika għall-UEFA Champions League għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu u għall-ewwel darba fl-istorja ta' Málaga.
Fit-18 ta' Settembru 2012, fl-ewwel logħba ta' Málaga fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, Isco skorja darbtejn f'rebħa ta' 3–0 kontra Zenit Saint Petersburg, u kien magħżul bħala l-plejer tal-logħba.[5] Fit-22 ta' Diċembru, hu skorja l-ewwel gowl f'rebħa ta' 3–2 kontra Real Madrid ġewwa La Rosaleda, li fissret l-ewwel rebħa ta' Málaga kontra l-avversarji f'29 sena.[6] F'Diċembru, hu rebaħ l-premju tal-Golden Boy meta għeleb lil Stephan El Shaarawy u Thibaut Courtois.[7]
Fit-28 ta' Jannar 2013, Isco iffirma kuntratt ġdid li rat il-klawsola għall-bejgħ tiegħu stabbilita għal €35 miljun.[8]
Real Madrid
Fis-26 ta' Ġunju 2013, il-president ta' Real Madrid Florentino Pérez ikkonferma li ntlaħaq ftehim ma' Isco u li l-plejer se jiġi ppreżentat mill-klabb fil-ġimgħa d-dieħla, ġaladarba huwa jkun għadda mit-testijiet mediċi tiegħu.[9] Ġurnata wara, Isco ffirma kuntratt ta' ħames snin ma' Real Madrid, hekk kif sar l-ewwel plejer li nxtara taħt il-kowċ il-ġdid Carlo Ancelotti.[10]
Fit-18 ta' Awwissu 2013, huwa għamel id-debutt tiegħu ma' Real Madrid fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat fejn assista u skorja l-gowl tar-rebħa, b'daqqa ta' ras fil-85 minuta, f'rebħa ta' 2–1 f'darhom kontra Real Betis.[11] Huwa kompla bil-forma tiegħu billi skorja żewġ gowls kontra Athletic Bilbao fl-1 ta' Settembru.[12]
Internazzjonali
Isco deher mat-tim Spanjol ta' taħt is-17-il sena fit-Tazza tad-Dinja U-17 2009, u skorja tliet darbiet hekk kif Spanja spiċċaw it-tielet. Fl-2011 huwa rrappreżenta lil pajjiżu fit-Tazza tad-Dinja U-20 miżmuma fil-Kolombja, u skorja gowl wieħed fil-kwarti tal-finali.
Fil-15 ta' Mejju 2012, ġie magħżul għall-ewwel darba mat-tim tal-kbar għal-logħba ta' ħbiberija kontra s-Serbja u l-Korea t'Isfel, iżda ma ħa daħal jilgħab fl-ebda logħba. Fis-6 ta' Frar 2013, Isco għamel id-debutt tiegħu mal-iskwadra hekk kif lagħab l-aħħar 30 minuta fir-rebħa ta' 3–1 kontra l-Urugwaj f'Doha, il-Qatar.[13]
Unuri
Nazzjonal
Individwali
- Plejer rivelazzjoni tal-Liga Spanjola: 2011–12
- Golden Boy: 2012
- Kampjonati Ewropej U-21: Tim tat-Turnew 2013
Statistika
Klabb
Statistika aġġornata sal-1 ta' Settembru 2013
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Kontinentali | Total | ||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Spanja | Kampjonat | Copa del Rey | Ewropa | Total | |||||
Valencia | 2010–11 | 4 | 0 | 1 | 2 | 2 | 0 | 7 | 2 |
Total | 4 | 0 | 1 | 2 | 2 | 0 | 7 | 2 | |
Málaga | 2011–12 | 32 | 5 | 3 | 0 | – | 35 | 5 | |
2012–13 | 28 | 8 | 0 | 0 | 6 | 3 | 34 | 11 | |
Total | 69 | 14 | 3 | 0 | 10 | 3 | 82 | 17 | |
Real Madrid | 2013–14 | 3 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 3 | 3 |
Total | 3 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 3 | 3 | |
Total tal-karriera | 76 | 17 | 4 | 2 | 12 | 3 | 92 | 22 |
Referenzi
- ^ "Valencia 4-1 Logrones CF" (bl-Ingliż). ESPN. 2010-11-11.
- ^ "Valencia 2 - 0 Getafe" (bl-Ingliż). ESPN. 2010-11-14.
- ^ "Isco firma cinco temporadas por el Málaga" (bl-Ispanjol). Marca. 2011-07-11.
- ^ "Racing Santander 1 - 3 Malaga" (bl-Ingliż). ESPN. 2011-11-21.
- ^ Hunter, Graham (2012-09-18). "Magical Málaga make it a debut to remember" (bl-Ingliż). UEFA.com.
- ^ Sinanan, Keeghann (2012-12-22). "Malaga 3-2 Real Madrid: Casillas dropped as beleaguered Blancos succumb to Santa Cruz double" (bl-Ingliż). Goal.com. Miġbur 2013-01-07.
- ^ "Isco, ganador del prestigioso Golden Boy 2012" (bl-Ispanjol). Málaga CF. 2012-12-22. Miġbur 2013-04-04.
- ^ "Isco ends speculation regarding future by penning new Malaga contract" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2013-01-28. Miġbur 2013-01-28.
- ^ "Transfer News: Real Madrid say they have won battle to sign Isco" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2013-06-26.
- ^ "Isco, nuevo jugador del Real Madrid" (bl-Ispanjol). Real Madrid CF. 2013-06-26.
- ^ "Real Madrid give Carlo Ancelotti winning start after Isco's dream debut" (bl-Ingliż). Guardian. 2013-08-18. Miġbur 2013-08-19.
- ^ "Progresa adecuadamente" (bl-Ispanjol). Marca. 2013-09-01. Miġbur 2013-09-01.
- ^ "Campeón hasta en los simulacros" (bl-Ispanjol). Marca. 2013-02-06.