Aqbeż għall-kontentut

Frar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot Żieda: ps:فبروري
m r2.7.3) (Bot Żieda: bxr:2 һар
Linja 85: Linja 85:
[[br:C'hwevrer]]
[[br:C'hwevrer]]
[[bs:Februar]]
[[bs:Februar]]
[[bxr:2 һар]]
[[ca:Febrer]]
[[ca:Febrer]]
[[ce:Мархи бутт]]
[[ce:Мархи бутт]]

Reviżjoni ta' 01:28, 12 Awwissu 2012

Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru
Frar
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
28 29 30 31 1 2 3
4 5 6 7 8 9 10
11 12 13 14 15 16 17
18 19 20 21 22 23 24
25 26 27 28 29 1 2

Frar hu t-tieni xahar tas-sena skond il-kalendarju Gregorjan. Hu hu l-iqsar xahar u l-uniku xahar b'inqas minn 30 jum. Ix-xahar għandu 29 ġurnata fi snin biżestili, meta n-numru tas-sena hu diviżibbli b'erbgħa (barra s-snin li huma diviżibbli b'100 u mhux b'400 fil-kalendarju Gregorjan). Fi snin komuni x-xahar għandu 28 ġurnata. Ħafna jemmnu li Frar oriġinarjament kellu 29 ġurnata (30 f'sena biżestili), imma din l-idea ivvintaha Sacrobosco.

Frar jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Marzu u Novembru fi snin komuni.

Billi għandu biss 28 ġurnata fi snin komuni, hu l-uniku xahar tal-kalendarju li darba f'kull sitt snin u darbtejn f'kull ħdax-il sena, ikollhom biss erba' ġimgħat ta' seba' ġranet sħaħ fejn l-ewwel ġurnata tax-xahar tibda il-Ħadd u l-aħħar ġurnata tkun is-Sibt. Din ir-regola nistgħu nosservawha fis-sena 2009 u meta mmorru lura ħdax-il sena sa 1998, lura ħdax-il sena oħra sa 1987 u lura sitt snin oħra sa 1981; jiġifieri darbtejn ħdax-il sena wara xulxin u darba sitt snin wara, 'il quddiem fil-ġejjieni jew lura fl-imgħoddi.

Ħarsa ġenerali

L-isem "Frar" hu mill-kelma Latina februum, li tfisser purifikazzjoni, billi r-ritwal ta' purifikazzjoni Februa kien isir fil-15 ta' Frar fil-kalendarju antik Ruman. Jannar u Frar kienu l-aħħar xahrejn li kienu miżjuda mal-kalendarju Ruman, wara li r-Rumani oriġinarjmanet ikkunsidraw ix-xitwa bħala staġun mingħajr xhur. Dawn kienu miżjudin minn Numa Pompilius wara 700 QK. Frar baqa' l-aħħar xahar tas-sena tal-kalendarju sa żmien ta' decemviri (450 QK), meta hu sar it-tieni xahar. F'xi intervalli qassisin Rumani qassru lil Frar għal 23 jew 24 ġurnata u daħħlu xahar ieħor ieħor ta' 27 ġurnata, wara Frar, biex jirranġaw is-sena ma' l-istaġuni. Minn dakinhar, Frar baqa' t-tieni xahar tas-sena tal-kalendarju.

Frar jibda, astronomikament, meta x-xemx tkun fil-kostellazzjoni ta' Kaprikornu u jispiċċa meta x-xemx tkun fil-kostellazzjoni ta' l-Akwarju. Astroloġikament, Frar jibda' meta x-xemx tkun fis-simbolu ta' l-Akwarju u jispiċċa f'dak tal-Ħut.

Frar, illustrazzjoni minn Très riches heures du Duc de Berry

Ismijiet storiċi ta' Frar jinkludu t-termini Anglo-Sassoni Solmoneth ("xahar tat-tajn") u Kale-monath, u kif ukoll it-terminu ta' Karlu Manju Hornung. Fil-Fillandiż, ix-xahar hu msejjaħ helmiku, fejn tfisser "xahar tal-perla"; meta s-silġ jinħall fuq il-friegħi tas-siġar, dawn jifformaw qtar, u hekk kif dawn jiffriżaw, dawn ikunu bħal perli tas-silġ. Fil-kalendarju antik Ġappuniż, ix-xahar hu msemmi Kisaragi (如月, 絹更月 jew 衣更月, li letteralment ifisser "ix-xahar tal-bdil tal-ħwejjeġ"). Isem ieħor hu Mumetsuki (梅見月, li letteralment iffiser "ix-xahar meta jinbiegħu l-fjuri tal-prunja") jew Konometsuki" (木目月, "ix-xahar meta s-siġar jieħdu ħajja ġdida").

Tradizzjonijiet Maltin marbutin ma' Frar

Fil-klima tagħna Frar huwa xahar kiesaħ u xitwi. Ħafna qwiel jirriflettu dan: “Frar fawwar jimla l-bjar” u “Frar fawwar kull xitla nwar” u "Frar fawwar, il-bidwi għana d-dar”.

Madankollu Frar jaf ma jagħmilx xita: ‘Frar daqqa fawwar u daqqa qattar’

jew tagħmel iżżejjed ‘ Meta Frar ikun ħafna fawwar, il-biedja tmur fl-ibjar’.

U barra x-xita u l-maltemp ikun għadu jagħmel il-ksieħ: ‘Fi Frar kull laqxa ttella nwar’, ‘Frar jiġbor lil kulħadd id-dar’ u Frar jgħakkes ix-xjuħ u ż-żgħar’.

F’dan iż-żmien tas-sena, il-kampanja tkun mimlija ħdura u kkulurita wkoll, bl-isfar tal-ingliża u l-lellux fost l-iktar li jispikka.

Bħax-xhur l-oħra Frar għandu l-festi tiegħu. Fost dawn insibu l-Gandlora li ssir fi 2 tax-xahar li hija l-festa tal-preżentazzjoni ta’ Ġesù u tal-Purifikazzjoni tal-Madonna. Fiha wkoll jitbierku x-xemgħat li jintużaw matul is-sena. Lill-fidili jagħtuhom ukoll biċċa xemgħa żgħira li dari kienu jdendluha mal-ħajt id-dar u jixegħluha waqt xi maltempata jew xi griżma tal-morda. Kien maħsub li l-kwiekeb ma jibqgħux jidhru ċari u kienu jgħidu ‘Mal-gandlora, stilel fora, l-ajru jtella’ imma jiċċora’.

Fil-10 ta’ Frar tiġi l-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, data daqsxejn kurjuża meta tqis li skont ir-rakkont fl-Atti (kapitli 27 u 28), San Pawl u sħabu ġew fil-Ħarifa biex qattgħu x-xitwa hawn (Att 28 :11).

Festa varjabbli hija dik ta’ Ras ir-Randan. Dan għaliex din tiġi 40 ġurnata qabel l-Għid li jsir fl-ewwel Ħadd wara l-ekwinozju tar-Rebbiegħa. Ir-Randan, tal-inqas dari, kien żmien ta’ sawm u skarsezza, u għalhekk kienu jgħidu: ‘Eħġem la ssib, għax jasal ir-Randan’.

U aktarx ukoll li jkun il-maltemp: Ras ir-Randan, ras il-maltemp’.

Jekk is-sawm u t-tbatija tar-Randan marru, mhux hekk il-ġenn tal-ftit ġranet ta’ qablu… il-karnival. Għax ‘fi Frar jindaqqu l-ġlieġel’. Il-karnival huwa żmien ta’ bluha liċenzjata u sakemm hija moderata u diċenti hija zvog tajjeb ħafna mis-serjetà u t-tribulazzjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum. U speċjalment jekk il-karnival jiġi partikularment tard, ix-xita tibda tiskarsa: ‘f’Ħadd il-bluh ix-xita tibda tfuħ’.

Avvenimenti fi Frar

Ħoloq Oħra