Aqbeż għall-kontentut

Frar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.2+) (Bot Żieda: nso:Dibokwane
m r2.7.1) (Bot Żieda: xmf:ფურთუთა
Linja 219: Linja 219:
[[xal:Лу сар]]
[[xal:Лу сар]]
[[xh:Eyomdumba]]
[[xh:Eyomdumba]]
[[xmf:ფურთუთა]]
[[yi:פעברואר]]
[[yi:פעברואר]]
[[yo:Oṣù Kejì]]
[[yo:Oṣù Kejì]]

Reviżjoni ta' 17:26, 28 Novembru 2011

Jannar · Frar · Marzu · April · Mejju · Ġunju · Lulju · Awwissu · Settembru · Ottubru · Novembru · Diċembru
Frar
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
28 29 30 31 1 2 3
4 5 6 7 8 9 10
11 12 13 14 15 16 17
18 19 20 21 22 23 24
25 26 27 28 29 1 2

Frar hu t-tieni xahar tas-sena skond il-kalendarju Gregorjan. Hu hu l-iqsar xahar u l-uniku xahar b'inqas minn 30 jum. Ix-xahar għandu 29 ġurnata fi snin biżestili, meta n-numru tas-sena hu diviżibbli b'erbgħa (barra s-snin li huma diviżibbli b'100 u mhux b'400 fil-kalendarju Gregorjan). Fi snin komuni x-xahar għandu 28 ġurnata. Ħafna jemmnu li Frar oriġinarjament kellu 29 ġurnata (30 f'sena biżestili), imma din l-idea ivvintaha Sacrobosco.

Frar jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa bħal Marzu u Novembru fi snin komuni.

Billi għandu biss 28 ġurnata fi snin komuni, hu l-uniku xahar tal-kalendarju li darba f'kull sitt snin u darbtejn f'kull ħdax-il sena, ikollhom biss erba' ġimgħat ta' seba' ġranet sħaħ fejn l-ewwel ġurnata tax-xahar tibda il-Ħadd u l-aħħar ġurnata tkun is-Sibt. Din ir-regola nistgħu nosservawha fis-sena 2009 u meta mmorru lura ħdax-il sena sa 1998, lura ħdax-il sena oħra sa 1987 u lura sitt snin oħra sa 1981; jiġifieri darbtejn ħdax-il sena wara xulxin u darba sitt snin wara, 'il quddiem fil-ġejjieni jew lura fl-imgħoddi.

Ħarsa ġenerali

L-isem "Frar" hu mill-kelma Latina februum, li tfisser purifikazzjoni, billi r-ritwal ta' purifikazzjoni Februa kien isir fil-15 ta' Frar fil-kalendarju antik Ruman. Jannar u Frar kienu l-aħħar xahrejn li kienu miżjuda mal-kalendarju Ruman, wara li r-Rumani oriġinarjmanet ikkunsidraw ix-xitwa bħala staġun mingħajr xhur. Dawn kienu miżjudin minn Numa Pompilius wara 700 QK. Frar baqa' l-aħħar xahar tas-sena tal-kalendarju sa żmien ta' decemviri (450 QK), meta hu sar it-tieni xahar. F'xi intervalli qassisin Rumani qassru lil Frar għal 23 jew 24 ġurnata u daħħlu xahar ieħor ieħor ta' 27 ġurnata, wara Frar, biex jirranġaw is-sena ma' l-istaġuni. Minn dakinhar, Frar baqa' t-tieni xahar tas-sena tal-kalendarju.

Frar jibda, astronomikament, meta x-xemx tkun fil-kostellazzjoni ta' Kaprikornu u jispiċċa meta x-xemx tkun fil-kostellazzjoni ta' l-Akwarju. Astroloġikament, Frar jibda' meta x-xemx tkun fis-simbolu ta' l-Akwarju u jispiċċa f'dak tal-Ħut.

Frar, illustrazzjoni minn Très riches heures du Duc de Berry

Ismijiet storiċi ta' Frar jinkludu t-termini Anglo-Sassoni Solmoneth ("xahar tat-tajn") u Kale-monath, u kif ukoll it-terminu ta' Karlu Manju Hornung. Fil-Fillandiż, ix-xahar hu msejjaħ helmiku, fejn tfisser "xahar tal-perla"; meta s-silġ jinħall fuq il-friegħi tas-siġar, dawn jifformaw qtar, u hekk kif dawn jiffriżaw, dawn ikunu bħal perli tas-silġ. Fil-kalendarju antik Ġappuniż, ix-xahar hu msemmi Kisaragi (如月, 絹更月 jew 衣更月, li letteralment ifisser "ix-xahar tal-bdil tal-ħwejjeġ"). Isem ieħor hu Mumetsuki (梅見月, li letteralment iffiser "ix-xahar meta jinbiegħu l-fjuri tal-prunja") jew Konometsuki" (木目月, "ix-xahar meta s-siġar jieħdu ħajja ġdida").

Avvenimenti fi Frar

Ħoloq Oħra