UEFA Champions League

Il-UEFA Champions League, li qabel kienet magħrufha bħala t-Tazza taċ-Ċampjins, hija kompetizzjoni tal-futbol li tiġi organizzata kull sena mill-UEFA (konfederazzjoni tal-Ewropa) u li ilha ssir mill-1992 (eżattament mill-1955 taħt il-format il-qadim) għall-aqwa klabbs tal-futbol fl-Ewropa. It-trofew hu kkunsidrat bħala l-aktar trofew prestiġjuż għal klabb f'dan l-isport.

UEFA Champions League
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
UEFA Champions League 2017–18
Sport Futbol
Fundazzjoni 1955 (1992 taħt il-format attwali)
Nru. ta' timijiet 32 (fażi tal-gruppi)
78 jew 79 (total)
Reġjun Ewropa (UEFA)
Ċampjin attwali Ingilterra Liverpool FC (6-il titlu)
L-aktar rebħiet Spanja Real Madrid (13-il titlu)
Sit elettroniku Sit Uffiċjali

Il-kampjonat jinqasam f'fażijiet differenti. Il-format preżenti jikkonsisti minn tliet rawnds preliminarji lejn nofs Lulju. Is-sittax-il tim li joħorġu rebbieħa minn dawn il-preliminari jingħaqdu ma' sittax-il tim ieħor li jkun akkwistaw kwalifikazzjoni awtomatika fejn flimkien jieħdu sehem fil-fażi tal-gruppi. It-tmien timijiet rebbieħa tal-grupp flimkien ma' dawk li spiċċaw it-tieni jidħlu fil-fażi eliminatorja, li tispiċċa bil-finali f'Mejju. Fil-passat, kienu ċ-ċampjins tal-kampjonat nazzjonali biss li setgħu jkunu eleġibbli biex jipparteċipaw fil-kompetizjoni; madanakollu, din tbiddlet fl-1997 biex iħallu dawk li jispiċċaw fit-tieni post tal-aqwa kampjonati biex jissieħbu wkoll.

It-titlu ntrebaħ minn 22 tim differenti, tnax minn dawn rebħuh aktar minn darba. It-tim bl-akbar rebħiet hu t-tim Spanjol ta' Real Madrid li kiseb dan it-titlu għal tnax-il darba. Il-klabbs Spanjoli ġabru l-ikbar ammont ta' rebħiet bis-sbatax-il titlu, segwiti mill-Ingilterra u l-Italja bi tnax. Ir-rebbieħa attwali ta' din it-tazza huma bl-aħħar rebħa tagħmilhom l-ewwel tim mill-1992 li żamm it-titlu b'suċċess. Il-kampjonat Spanjol u dak Taljan huma Real Madrid li assiguraw it-tnax-il titlu f'din il-kompetizzjoni meta għelbu lil Juventus fil-finali tal-2017. B'hekk saru l-ewwel tim mill-1992 li rnexxielhom jiddefendu b'suċċess it-titlu.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja tal-UEFA Champions League.

Dan it-turnew ingħata l-bidu fl-1955, wara suġġeriment tal-ġurnalista sportiv Franċiż u l-editur tal-gazzetta L'Équipe Gabriel Hanot, bħala reazzjoni għal dak li kien intqal mill-istampa Brittanika fuq il-klabb ta' Wolverhampton Wanderers li kienu ċ-"Ċampjins tad-Dinja", wara sensiela ta' rebħiet f'partiti ta' ħbiberija kontra timijiet Ewropej fis-snin ħamsin. It-turnew kellu l-iskop ta' kompetizzjoni kontinentali bejn iċ-ċampjins tal-kampjonati nazzjonali tal-Ewropa, imsejjaħ it-Tazza taċ-Ċampjins.

Din il-kompetizzjoni bdiet fl-1955–56 taħt format ta' żewġ legs eliminatorji fejn it-timijiet jilgħabu żewġ partiti, waħda ġewwa darhom u waħda barra, u t-tim bl-ikbar riżultat totali jikkwalifika għar-rawnd suċċessiv tal-kompetizzjoni. Sal-1992, kienu biss it-timijiet rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali li kellhom aċċess għal din il-kompetizzjoni, flimkien mad-detentur attwali tat-tazza. Fl-istaġun 1992–93, il-format tbiddel biex jikludi fażi tal-gruppi u l-isem tbiddel għal UEFA Champions League. Sar tibdil kbir ukoll fl-aċċess ta' timijiet għal din il-kompetizzjoni, hekk kif grazzi għal numru ta' rawnds ta' kwalifika u l-istruttura tal-gruppi kabbret l-elleġibilità ta' parteċipazzjoni. Fl-1997–98, il-parteċipazzjoni ġiet estiża biex tinkludi dawk li kklassifikaw fit-tieni post ta' xi kampjonati ta' ċerti pajjiżi skont il-lista tal-koeffiċjenti tal-UEFA. Is-sistema ta' kwalifika ġie ristrutturata sabiex iċ-ċampjins nazzjonali minn pajjiżi li huma l-isfel fil-klassifika tal-koeffiċjenti jieħdu sehem f'żewġ jew aktar rawnds ta' kwalifika, waqt li timijiet klassifikati fit-tieni post fil-kampjonat u li ġejjin minn pajjiżi pożizzjonati aktar fl-ogħli jidħlu fir-rawnds suċċessivi. Huma erba' timijiet mill-aqwa pajjiżi klassifikati, li jingħataw dritt għall-aċċess f'din il-kompetizzjoni.

Bejn l-1960 u l-2004, ir-rebbieħ tat-turnew kien jikkwalifika għat-Tazza Interkontinentali kontra r-rebbieħ tat-Tazza Libertadores tal-Amerika t'Isfel. Wara x-xoljiment ta' din il-kompetizzjoni, ir-rebbieħ jikkwalifika awtomatikament għat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs organizzata mill-FIFA flimkien mar-rebbieħa tal-turnej tal-konfederazzjonijiet l-oħra.

Kwalifikazzjoni

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Koeffiċjenti tal-UEFA.
 
Mappa tal-pajjiżi tal-UEFA li minnhom ħarġu t-timijiet li laħqu l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League      Pajjiż membru tal-UEFA li ġie rappreżentat fil-fażi tal-gruppi      Pajjiż membru tal-UEFA li ma ġie rappreżentat fil-fażi tal-gruppi      Mhuwiex membru tal-UEFA

Timijiet li jispiċċaw mill-ewwel sar-raba' post fl-aqwa kampjonati jikkwalifikaw għar-rawnd preliminarju tal-UEFA Champions League.

In-numru ta' postijiet fil-kompetizzjoni jiddependi fil-pożizzjoni rispettiva tal-assoċjazzjoni fit-tabella tal-koefiċċjenti tal-UEFA:

  • assoċjazzjonijiet klassifikati mill-ewwel sat-tielet post għandhom erba' postijiet,
  • assoċjazzjonijiet klassifikati mir-raba' sas-sitt post għandhom tliet postijiet,
  • assoċjazzjonijiet klassifikati mis-seba' sal-ħmistax-il post għandhom żewġ postijiet,
  • assoċjazzjonijiet klassifikati fis-sittax jew inqas għandhom post wieħed.

Il-pożizzjoni tal-assoċjazzjoni jiddependi wkoll minn f'liema fażi l-klabb oriġini jidħol fil-kompetizzjoni. Per eżempju, l-aqwa tliet assoċjazzjonijiet klassifikati, għandhom żewġ postijiet fil-fażi tal-gruppi (għaċ-ċampjins u t-tieni klassifikat) u t-tnejn l-oħra fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni (għat-tielet u r-raba' klassifikat), fejn min-naħa l-oħra l-assoċjazzjonijiet klassifikati fl-inqas pożizzjonijiet tal-klassifika għandhom biss post wieħed fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għaċ-ċampjins tal-kampjonat rispettiv. L-assoċjazzjonijiet li jinsabu fl-aqwa disa' postijiet fil-klassifika għandhom tal-anqas post wieħed garantit fil-fażi tal-gruppi.

Is-sitwazzjoni fuq id-detenur tat-Tazza għandha ma ġietx iċċarata. Lura fl-2005 seħħet kontroversja fejn il-klabb Ingliż ta' Liverpool, li kien għadu kemm ittrijonfa fl-edizzjoni preċedenti, spiċċa barra mill-ewwel erba' postijiet tal-Premier League. L-FA Ingliża tat id-dritt lil Everton, li kienu spiċċaw fir-raba' post, li jingħataw il-post finali Ingliż għall-UEFA Champions League 2005–06. Il-UEFA waslet fi qbil li ż-żewġ rivali ta' Merseyside jidħlu fil-kompetizzjoni. Liverpool bdew mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni waqt li Everton bdew mit-tielet. Ir-regoli attwali tal-UEFA hi li jekk ir-rebbieħ tal-UEFA Champions League jonqos li jasal fil-pożizzjonijiet allokati lil dik l-assoċjazzjoni għal post fl-Ewropa, dan jieħu post l-inqas tim klassifikat fil-kampjonat. It-tim li jkun ittieħed postu jikkwalifika għat-Tazza UEFA.

Fl-2005–06, Liverpool u Artmedia Bratislava tal-Islovakkja saru l-ewwel timijiet li waslu sal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League wara li lagħbu f'kull rawnd ta' kwalifikazzjoni. Fl-2008–09 ġara l-istess ħaġa għat-timijiet ta' BATE and Anorthosis Famagusta FC.

Kull klabb li jkun irid jipparteċipa fiċ-Champions League irid ikollu l-liċenzja mill-assoċjazzjoni nazzjonali biex jieħu sehem fil-kompetizzjoni. Biex tinkiseb din il-liċenzja, il-klabb irid jilħaq ċerti kriterji fuq l-istadju, l-infrastruttura u dawk finanzjarji.

Dan it-turnew jibda b'fażi tal-gruppi ta' 32 tim, diviżi fi 8 gruppi. Timijiet li jiġu mill-istess pajjiż ma jiġux allokati fl-istess grupp. Kull tim jiltaqa' mat-timijiet l-oħra f'format imsejjaħ round-robin, b'logħbiet ġewwa u barra minn darhom. L-aqwa żewġ timijiet ikompli fil-kompetizzjoni, fir-rawnd tal-aħħar sittax li b'hekk tibda r-rawnd eliminatorju (b'eliminazzjoni diretta). Għal din il-fażi, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra t-tieni klassifikati fil-gruppi. Mill-kwarti tal-finali 'l quddiem, il-poloz jittellgħu bl-addoċċ, b'ebda riserva għat-timijiet li ġejjin mill-istess pajjiż.

Il-fażi tal-gruppi tintlagħab matul ix-xahar tal-ħarifa, waqt li l-fażi eliminatorja tibda waqt l-waqfa tax-xitwa. Il-partiti jintlagħbu bejn it-timijiet fuq bażi ta' partiti ġewwa u barra minn darhom, b'eċċezzjoni tal-finali. Din tal-aħħar tipikament tiġi ospitata ġimgħatejn f'Mejju.

Il-forma attwali tat-trofew ġiet kummissjonata fl-1966 għal 10,000 Frank Żvizzeru u l-ewwel tim li rebaħ din it-tazza l-ġdida kien it-tim ta' Celtic, rebbieħ tal-finali tal-25 ta' Mejju 1967 f'Liżbona kontra l-Inter. Il-forma tiegħu ġiet approvata mis-segretarju ġenerali tal-UEFA, Hans Bangerter, fuq bażi ta' diversi proposti preżentati minn speċjalista minn Berna, Hans Stadelmann. Il-modifiki finali li saru fuqu, saru mill-inċiżitur Fred Bänninger wara 340 siegħa ta' ħidma mit-tifel ta' Stadelmann, Jürg. It-tazza għandha tul ta' 62 ċm u tiżen 7.5 kg. Jekk il-verżjonijiet tal-1973 u tal-1976 kienu sostanzjalment konformi mal-oriġinal tal-1966, dik tal-1994 kienet tvarja partikularment fil-ktiba Coupe des clubs champions européens li minn ktiba b'ittri żgħar saret waħda miktuba b'ittra kapitali, u fuq wara bdew jinkitbu r-riżultati tal-finali, waqt li t-trofew attwali, tal-2005, għandu inċiż fuq wara tiegħu l-ismijiet tal-timijiet kollha li rebħu din il-kompetizzjoni.

Mill-1997 bdiet id-drawwa li t-trofew oriġinali jgħaddi għas-sidnku tal-belt li tkun se tospita l-finali, biex b'hekk il-pubbliku jkun jista' jżur dan it-trofew xahar jew xahrejn qabel il-konfront deċiżiv.

Kopertura tal-medja

immodifika

Din il-kompetizzjoni tattira numru kbir ta' telespettaturi, mhux biss mill-Ewropa, iżda wkoll minn madwar id-dinja kollha. Il-partiti jixxandru kull sena f'aktar minn 70 pajjiż f'aktar minn 40 lingwa, u xi partiti importanti jattiraw udjenza televiżiva ta' aktar minn 200 miljun, fejn hi kkunsidrata fost l-aktar avveniment sportiv segwit fuq it-televiżjoni.[1]

Rekords u statistika

immodifika
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Statistika tal-UEFA Champions League u Rebbieħa tal-UEFA Champions League.

Rebbieħa

immodifika
Klabb Rebbieħa Finalisti telliefa Snin rebbieħa Snin finalisti telliefa
  Real Madrid 13 3 1956, 1957, 1958, 1959, 1960, 1966, 1998, 2000, 2002, 2014, 2016, 2017, 2018 1962, 1964, 1981
  Milan 7 4 1963, 1969, 1989, 1990, 1994, 2003, 2007 1958, 1993, 1995, 2005
  Liverpool 6 2 1977, 1978, 1981, 1984, 2005, 2019 1985, 2007
  Bayern Munich* 5 5 1974, 1975, 1976, 2001, 2013 1982, 1987, 1999, 2010, 2012
  Barcelona 5 3 1992, 2006, 2009, 2011, 2015 1961, 1986, 1994
  Ajax* 4 2 1971, 1972, 1973, 1995 1969, 1996
  Internazionale 3 2 1964, 1965, 2010 1967, 1972
  Manchester United* 3 2 1968, 1999, 2008 2009, 2011
  Juventus* 2 7 1985, 1996 1973, 1983, 1997, 1998, 2003, 2015, 2017
  Benfica 2 5 1961, 1962 1963, 1965, 1968, 1988, 1990
  Nottingham Forest 2 0 1979, 1980
  Porto 2 0 1987, 2004
  Celtic 1 1 1967 1970
  Hamburg 1 1 1983 1980
  Steaua București 1 1 1986 1989
  Marseille 1 1 1993 1991
  Borussia Dortmund 1 1 1997 2013
  Chelsea* 1 1 2012 2008
  Feyenoord 1 0 1970
  Aston Villa 1 0 1982
  PSV Eindhoven 1 0 1988
  Red Star Belgrade 1 0 1991
  Atlético Madrid 0 3 1974, 2014, 2016
  Reims 0 2 1956, 1959
  Valencia 0 2 2000, 2001
  Fiorentina 0 1 1957
  Eintracht Frankfurt 0 1 1960
  Partizan 0 1 1966
  Panathinaikos 0 1 1971
  Leeds United 0 1 1975
  Saint-Étienne 0 1 1976
  Borussia Mönchengladbach 0 1 1977
  Club Brugge 0 1 1978
  Malmö FF 0 1 1979
  Roma 0 1 1984
  Sampdoria 0 1 1992
  Bayer Leverkusen 0 1 2002
  Monaco 0 1 2004
  Arsenal 0 1 2006

* Il-klabb rebaħ it-tliet kompetzzjonijiet prinċipali tal-UEFA

Rebbieħa skont il-pajjiż

immodifika
Pajjiż Rebħiet Finali mitlufa Klabbs rebbieħa Finalisti telliefa
  Spanja 13 9 Real Madrid (9), Barcelona (4) Real Madrid (3), Barcelona (3), Valencia (2), Atlético Madrid (1)
  Italja 12 14 Milan (7), Internazionale (3), Juventus (2), Juventus (5), Milan (4), Internazionale (2), Fiorentina (1), Roma (1), Sampdoria (1)
  Ingilterra 11 7 Liverpool (5), Manchester United (3), Nottingham Forest (2), Aston Villa (1), Chelsea (1) Liverpool (2), Manchester United (2), Arsenal (1), Chelsea (1), Leeds United (1)
  Ġermanja 6 9 Bayern Munich (4), Borussia Dortmund (1), Hamburg (1) Bayern Munich (4), Bayer Leverkusen (1), Borussia Mönchengladbach (1), Eintracht Frankfurt (1), Hamburg (1), Borussia Dortmund (1)
  Olanda 6 2 Ajax (4), PSV (1), Feyenoord (1) Ajax (2)
  Portugall 4 5 Benfica (2), Porto (2) Benfica (5)
  Franza 1 5 Marseille (1) Stade Reims (2), Saint-Étienne (1), Marseille (1), Monaco (1),
  Rumanija 1 1 Steaua (1) Steaua (1)
  Jugożlavja 1 1 Red Star Belgrade (1) FK Partizan (1)
  Skozja 1 1 Celtic (1) Celtic (1)
  Żvezja 0 1 Malmö FF (1)
  Greċja 0 1 Panathinaikos (1)
  Belġju 0 1 Club Brugge (1)

L-aqwa skorers

immodifika
Korretta sat-3 ta' Ġunju 2017

Din it-tabella ma tinkludix gowls magħmula fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni.

Plejer Pajjiż Gowls Preżenzi Proporzjon Snin Klabbs
1 Cristiano Ronaldo   Portugall 105 140 0.75 2003– Manchester United, Real Madrid
2 Lionel Messi   Arġentina 94 115 0.82 2005– Barcelona
3 Raúl   Spanja 71 142 0.5 1995–2011 Real Madrid, Schalke 04
4 Ruud van Nistelrooy   Pajjiżi l-Baxxi 56 73 0.77 1998–2009 PSV, Manchester United, Real Madrid
5 Karim Benzema   Franza 51 93 0.55 2006– Lyon, Real Madrid
6 Thierry Henry   Franza 50 112 0.45 1997–2012 Monaco, Arsenal, Barcelona
7 Alfredo Di Stéfano   Arġentina 49 58 0.84 1955–1964 Real Madrid
8 Andriy Shevchenko   Ukrajna 48 100 0.48 1994–2012 Dynamo Kyiv, Milan, Chelsea
Zlatan Ibrahimović   Żvezja 48 119 0.4 2001–2016 Ajax, Juventus, Internazionale, Barcelona, Milan, Paris Saint-Germain
10 Eusébio   Portugall 47 63 0.75 1961–1974 Benfica

L-aktar preżenzi

immodifika
Korretta sat-3 ta' Ġunju 2017

Din it-tabella ma tinkludix dehriet li saru fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni.

Plejer Pajjiż Preżenzi Snin Klabbs
1 Iker Casillas   Spanja 164 1999– Real Madrid, Porto
2 Xavi   Spanja 151 1998–2015 Barcelona
3 Raúl   Spanja 142 1995–2011 Real Madrid, Schalke 04
4 Ryan Giggs   Wales 141 1993–2014 Manchester United
5 Cristiano Ronaldo   Portugall 140 2003– Manchester United, Real Madrid
6 Paolo Maldini   Italja 139 1988–2008 Milan
7 Clarence Seedorf   Pajjiżi l-Baxxi 125 1994–2012 Ajax, Real Madrid, Internazionale, Milan
8 Paul Scholes   Ingilterra 124 1994–2013 Manchester United
9 Andrés Iniesta   Spanja 122 2002– Barcelona
10 Roberto Carlos   Brażil 120 1997–2007 Real Madrid, Fenerbahçe

Referenzi

immodifika
  1. ^ "World's most watched TV sports events: 2006 Rank & Trends report" (bl-Ingliż). Initiative. 2007-01-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-02-08. Miġbur 2007-05-26.

Ħoloq esterni

immodifika