Turkija

stat sovran fl-Ewropa tax-Xlokk u fl-Asja tal-Punent

It-Turkija (Tork: Türkiye), uffiċjalment ir-Repubblika tat-Turkija (Tur-Türkiye_Cumhuriyeti.ogg Türkiye Cumhuriyeti ), hi pajjiż transkontinentali li l-parti l-kbira tiegħu tinsab fl-Anatolja fil-Punent tal-Asja u fil-Lvant ta' Traċja fil-Lbiċ tal-Ewropa. It-Turkija hija mdawra minn tmien pajjiżi: il-Bulgarija lejn il-Majjistral; il-Greċja lejn il-Punent; il-Ġeorġja lejn il-Grigal; l-Armenja, l-Iran u l-Ażerbajġan lejn il-Lvant; u l-Iraq u s-Sirja lejn il-Lbiċ. Il-Baħar Mediterran jinsab fin-Nofsinhar; il-Baħar Eġew lejn il-Punent; u l-Baħar l-Iswed lejn it-Tramuntana. Il-Baħar ta' Marmara, il-Bosforu u d-Dardanelli (li flimkien jiffurmaw l-Istretti Torok) jiddemarkaw il-konfini bejn it-Traċja u l-Anatolja; huma wkoll jisseparaw l-Ewropa u l-Asja.[7] Il-pożizzjoni ġeografika tat-Turkija f'salib it-toroq tal-Ewropa u l-Asja tagħmilha pajjiż ta' importanza ġeostrateġika sinifikanti.[8][9][10]

Repubblika tat-Turkija
Türkiye Cumhuriyeti
Türkiye Cumhuriyeti – Bandiera Türkiye Cumhuriyeti – Emblema
Mottu: "Egemenlik, kayıtsız şartsız Milletindir" (Tork)[1]

Sovranità mingħajr kondizzjonijiet tappartjeni għan-Nazzjon
Innu nazzjonali: "İstiklal Marşı"
"Indipendenza ta' Marzu"

Belt kapitaliAnkara
39°55′N 32°50′E / 39.917°N 32.833°E / 39.917; 32.833

L-ikbar belt Istanbul
Lingwi uffiċjali Tork
Gvern Repubblika parlamentari unitarja
 -  President Abdullah Gül
 -  Prim Ministru Recep Tayyip Erdoğan
 -  Kelliem tal-Parlament Cemil Çiçek
 -  President tal-Qorti Kostituzzjonali Haşim Kılıç
Suċċessjoni mill-Imperu Ottoman
 -  Trattat ta' Lausanne 24 ta' Lulju 1923 
 -  Dikjarazzjoni tar-Repubblika 29 ta' Ottubru 1923 
Erja
 -  Total 783,562 km2 (37)
302,535 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.3
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2017 79,814,871 
 -  Densità 102/km2 (107)
264.2/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2015
 -  Total $1.569 triljun[2][3] (17)
 -  Per capita $20,188[4] (56)
PGD (nominali) stima tal-2015
 -  Total $752.510 biljun[5] (18)
 -  Per capita $9,680 (62)
IŻU (2013) Increase 0.806[6] (għolja) (90)
Valuta lira Torka ₺ (TRY)
Żona tal-ħin EET (UTC+2)
Kodiċi telefoniku 90
TLD tal-internet .tr

Total tal-fruntieri tat-Turkija: 2,816 km, pajjiżi tal-fruntiera (8): Armenja 311 km; Ażerbajġan 17 km; Bulgarija 223 km; Ġeorġja 273 km; Greċja 192 km; Iran 534 km; Iraq 367 km; Sirja 899 km

Etimoloġija

immodifika

Turchia li tfisser 'Art tat-Torok' kienet bdiet tintuza fl-iskrizzjonijiet Ewropej sabiex jirreferu għal Anatolija sa tmiem is-Seklu 12. Bħala kelma fil-lingwi Turki, Tork tfisser b'saħħtu, saħħa, jew jista' jkun li kienet tirreferi għal xi ħadd li huwa mimli saħħa. Possibbilment tista' tirreferi wkoll għal frotta misjura jew ghal xi żagħżugħ vigoruż jekk qegħdin nitkellmu rigward persuna. Bħala Etnonomu, l-etimoloġija tal-isem tal-pajjiż għadha mhix magħrufa b'ċertezza.

Sorsi Biżantini tas-Seklu 10, jgħidu li l-isem Tourkia kien użat biex jiddefenixxi żewġ stati Torok tal-medjuevu L-Ungerija u l-Khazaria. Is-Sultanat Tork ta' Mamluk bit-tmexxija tar-reġjun b'adoriġini lejn l-elite Tork kien imsemmi Stat tat-Torok (Dawlat at-Turk) jew Dawlat al-Atrak jew Dawlat-at-Turkiyya. Turkestan ifisser ukoll 'art tat-torok' kienet użata għal dan ir-reġjun storiku fiċ-ċentru tal-Asja.

F'Diċembru tal-2021, il-president Recep Tayyip Erdoğan magħruf għall-użu espansiv tal-kelma Turkiye, jgħid li Turkiye tirrappreżenta u tesprimi l-kultura, iċ-ċivilta' u l-valuri tan-nazzjon Tork bl-aħjar mod. F'Mejju tal-2022, il-gvern Tork irrekwestja lin-nazzjonijiet magħquda flimkien ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn sabiex tintuża b'mod uffiċċjali l-kelma Turkiye bl-Ingliż, in-Nazzjonijiet magħquda qablu.

Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea

immodifika
1999 - Status ta' kandidat tal-UE

It-Turkija kisbet l-istatus ta' kandidat tal-Unjoni Ewropea wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret f'Ħelsinki f'Diċembru 1999.

Fil-laqgħa tiegħu fis-16 u s-17 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li t-Turkija tissodisfa b'mod suffiċjenti l-kriterji biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni.

Ottubru 2005 - bidu tan-negozjati tal-adeżjoni

In-negozjati tal-adeżjoni tnedew f'Konferenza Intergovernattiva (KIG) fit-3 ta' Ottubru 2005. Dakinhar ukoll il-Kunsill qabel dwar qafas għan-negozjati mat-Turkija.

Issa nfetħu 16 minn 35 kapitolu, u wieħed minnhom ingħalaq proviżorjament.

Fit-18 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta s-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta mat-Turkija.

L-aħħar laqgħa tal-Konferenza mat-Turkija dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali saret fit-30 ta' Ġunju 2016. Il-konferenza fetħet negozjati dwar il-Kapitolu 33, dwar dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji.

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017, il-mexxejja tal-UE kellhom dibattitu dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija. Waqt li tennew l-impenn sħiħ tagħhom ta' kooperazzjoni mat-Turkija dwar il-migrazzjoni, huma inkarigaw ukoll lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-pajjiż, għandhomx jitwaqqfu u jerġgħu jiġu orjentati l-fondi ta' qabel l-adeżjoni.

L-54 Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija sar fi Brussell fil-15 ta' Marzu 2019. Huwa eżamina l-istat tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u t-Turkija.

Summits internazzjonali UE-Turkija

immodifika

Fid-29 ta' Novembru 2015, il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE kellhom laqgħa mat-Turkija. Il-laqgħa kienet pass importanti fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u fil-kontribut għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni. L-UE u t-Turkija qablu li jerġgħu jagħtu spinta lill-proċess ta' adeżjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea. Issaħħaħ id-djalogu f'livell għoli bejn iż-żewġ partijiet permezz ta' laqgħat aktar frekwenti u aktar strutturati.

Fis-7 ta' Marzu 2016, il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE kellhom laqgħa mat-Turkija biex isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom fir-rigward tal-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati.

Matul il-laqgħa ta' wara l-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Marzu 2016, il-mexxejja tal-UE u tat-Turkija qablu li jaċċelleraw it-twettiq tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, bil-ħsieb li jitneħħew ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini Torok sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Ġunju 2016, jekk ikunu ġew issodisfati l-punti kollha ta' riferiment. Huma reġgħu kkonfermaw l-impenn tagħhom li jagħtu spinta ġdida lill-proċess tal-adeżjoni kif stipulat fid-dikjarazzjoni konġunta tad-29 ta' Novembru 2015. Qablu, bħala l-pass li jmiss, li jiftħu l-kapitolu 33 matul il-Presidenza Netherlandiża.

Fis-26 ta' Marzu 2018 il-mexxejja tal-UE ospitaw lill-president Tork, Recep Tayyip Erdoğan fir-residenza Evksinograd ġewwa Varna, il-Bulgarija. L-UE kienet irrappreżentata minn Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u Boyko Borissov, il-Prim Ministru tal-Bulgarija.

Il-mexxejja kellhom diskussjoni estensiva fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u t-triq 'il quddiem. Aktar speċifikament, huma ddiskutew:

Sitwazzjoni attwali

immodifika

Fid-9 ta' Marzu 2020, il-Presidenti Charles Michel u Ursula von der Leyen iltaqgħu mal-President Recep Tayyip Erdoğan fi Brussell. Il-mexxejja ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali, l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija dwar il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun u l-kriżi fis-Sirja.

Il-laqgħa saret wara ż-żjara tal-President Michel f'Ankara fl-4 ta' Marzu 2020.

Fit-18 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru t-Turkija. Fl-20 ta' Ġunju 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Motto" (bl-Ingliż). Gvern tat-Turkija. 2013-03-23. Miġbur 2013-02-23.
  2. ^ OECD Data GDP, US $, current prices, current PPPs, millions, OECD. 3 ta' Mejju 2013.
  3. ^ The World Bank: World Development Indicators Database. Gross Domestic Product 2014, PPP. 1 ta' Lulju 2015.
  4. ^ Id-dejta tirreferi aktar għas-sena 2012. "GDP per capita, PPP (current international $)", World Development Indicators database, Bank Dinji. 1 ta' Lulju 2015. Aċċess 2 ta' Lulju 2015.
  5. ^ "Report for Selected Countries and Subjects". World Economic Outlook Database, April 2013. Washington, DC: Fond Monetarju Internazzjonali. 2013-04-16. Miġbur 2013-04-16.
  6. ^ "Human Development Report 2013" (PDF). Ġnus Magħquda. 2013. Miġbur 2013-03-14.
  7. ^ National Geographic Atlas of the World (7 ed.). Washington, DC: National Geographic. 1999. pp. 68–69, 90–91. ISBN 0-7922-7528-4. Diviżjoni komunement aċċettata bejn l-Asja u l-Ewropa ... hija ffurmata mill-Muntanji Ural, Xmara Ural, Baħar Kaspju, Muntanji Kawkasu, u l-Baħar l-Iswed mal-ftuħ, il-Bosporus u d-Dardanelles.
  8. ^ Mango, Andrew (2000). Atatürk. Overlook. ISBN 1-58567-011-1.
  9. ^ Shaw, Stanford Jay; Shaw, Ezel Kural (1977). History of the Ottoman Empire and Modern Turkey; Vol.1, Empire of the Gazis. the rise and decline of the Ottoman Empire, 1280–1808. Cambridge University Press. ISBN 0-521-29163-1.
  10. ^ "Turkey and Russia on the Rise". Stratfor. 2009-03-17. Miġbur 2011-08-21.

Ħoloq esterni

immodifika
  • Turkija, Kunsill tal-Unjoni Ewropea