Pelophylax bedriagae

speċi ta' amfibju


Iż-Żrinġ tal-ilma tal-Lvant jew iż-Żrinġ ta' Bedriaga (Pelophylax bedriagae), li qabel kien jappartjeni għall-ġeneru Rana, huwa speċi ta' żrinġ tan-Nofsinhar tal-Ewropa. Dawn huma ta’ kulur aħdar għal kannella bi dbabar skuri dorsali. Huma kuġini taż-żrinġijiet akkwatiċi u ħafna mill-ħin jgħixuh fl-ilma. Mhumiex velenużi u huma pjuttost kbar, speċjalment in-nisa. Ġew introdotti f'xi pajjiżi fejn ma kienx indiġenu, wieħed minnhom huwa Malta. L-ewwel inżamm bħala pet, imbagħad reċentement matul id-disgħinijiet, ġew introdotti apposta f’numru ta’ għadajjar ta’ blat ta’ ilma ħelu f’Għawdex, fejn f’waħda partikolari hemm popolazzjoni kbira issa. Għalkemm hija speċi prolifika u invażiva, hija ristretta għal provvista kostanti ta' ilma ħelu, u għalhekk ma tistax tinfirex b'mod naturali waħedha fuq gżejjer aridi oħra fil-Mediterran.

Pelophylax bedriagae
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiAmphibia
OrdniAnura
FamiljaRanidae (en) Ranidae
ĠeneruPelophylax (en) Pelophylax
speċi Pelophylax bedriagae
Camerano, 1882

Etimoloġija

immodifika

Din l-ispeċi hija msemmija għall-erpetologu Jacques von Bedriaga.

 
Par Pelophylax bedriagae qed jgħammru

Aktar qari

immodifika

Papenfuss (2004). "Rana bedriagae".

Sciberras, A. & Schembri, P.J. (2006) Rana bedriagae. Herpetological review 37(1):102.

Sciberras, A. & Schembri, P.J (2006) Occurrence of Alien Bedriaga's frog (Rana bedriagae)Camerano, 1882 in the Maltese Islands, and implications for conservation. Herpetological Bulletin-Number 95:.2-5.